L-Erbgħa wara nofsinhar, il-Parlament Ewropew ivvota favur inizjattiva li tgħin nisa minn pajjiżi fejn l-abort huwa pprojbit, fosthom Malta, jagħmlu l-proċedura medika b’xejn fi stat ieħor tal-UE.
L-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “My Voice, My Choice” ipproponiet fond mill-baġit tal-UE biex ikopri l-ispejjeż tal-proċedura tal-abort għal ċittadini Ewropej ġejjin minn pajjiżi bħal Malta u l-Polonja fejn l-abort huwa kważi projbit, jew minn stati fejn l-aċċess għall-abort huwa limitat, fosthom l-Italja u l-Kroazja.

Dan biex taraw kemm l-Unjoni Ewropea hija organizzazzjoni kriminali satanika. Organizzazzjoni mmexxija minn setta satanika.
Din l-inizzjattiva ġiet ipproponuta u approvata ftit jiem qabel li l-Knisja Kattolika se tkun qed tiċċelebra t-twelid ta’ Ġesù Kristu.

Il-Milied hija ċelebrazzjoni tal-ħajja. L-Ewropa satanista tivvota favur inizzjattiva li se tkun qed tiffinanzja l-qtil ta’ trabi f’ġuf ommhom. U dan propju lejlet il-Milied.
Dan is-sit se jkun voċiferu fejn jidħol l-abort, u se jkun qed jagħmel kampanja aggressiva jekk u meta jqum id-dibattitu dwar jekk għandux jiddaħħal l-abort f’pajjiżna.
Dan sabiex nikkjarika l-pożizzjoni ta’ dan is-sit mill-bidu nett.


1 Comment
“Dan biex taraw kemm l-Unjoni Ewropea hija organizzazzjoni kriminali satanika. Organizzazzjoni mmexxija minn setta satanika.” Din hija deċiżjoni tal-individwu li jkun għaddej mis-sitwazzjoni partikolari u mhux ta’ min qatt m’għadda jew jista’ jgħaddi minnha bl-isteriżmu popolari! Nifhmu u naraw kif dawn in-nisa ma jkollkomx għalfejn jaslu f’dan il-punt li jieħdu din id-deċiżjoni. Bl-isteriżmu jew le, xorta ser jibqa’ jkun hawn nisa li ċ-ċirkostanzi ser jimbuttawhom sabiex jieħdu din id-deċiżjoni. X’ser nagħmlu?? Inħalluhom jfendu għar-rashom???