Charles Bonello u l-Kultura tad-‘Double Standard’s tal-Partit Nazzjonalista

Neville Gafa

~ 23 hours ago

Charles Bonello u l-Kultura tad-‘Double Standard’s tal-Partit Nazzjonalista

Disa’ xhur ilu, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Charles Bonello, ikkonferma pubblikament li kien se jkompli fil-kariga bħala assistent personali tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, minkejja li fl-istess ħin qed jokkupa waħda mill-ogħla karigi fil-PN.

 

Dik id-dikjarazzjoni waħedha kellha tqajjem bosta mistoqsijiet.

 

Dak iż-żmien, dan is-sit qajjem mistoqsijiet sempliċi iżda fundamentali. Mistoqsijiet li sal-lum għadhom mingħajr tweġiba:

 

Charles Bonello qed jitħallas għal kariga tiegħu ta’ Segretarju Ġenerali?

 

Charles Bonello baqa’ jitħallas mill-Gvern bħala assistent personali tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi?

 

 

 

 

Jekk Bonello qed jitħallas bħala assistent personali ta’ Gonzi, u fl-istess waqt qed jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, il-pubbliku għandu kull dritt ikun jaf min qed iħallsu, kemm qed jitħallas, u għal liema dmirijiet eżattament.

 

Din mhijiex kwistjoni ħafifa għax tolqot direttament mal-mod kif il-fondi pubbliċi qed jiġu ttrattati minn partit li qatt ma jgħejja jippriedka dwar “governanza tajba” u “etika”.

 

Jekk Bonello qed jirċievi salarju bħala Segretarju Ġenerali tal-PN, għaliex il- tax payers għandhom  jiffinanzjaw ukoll ir-rwol tiegħu bħala assistent tal-eks Prim Ministru?

 

U jekk qed jitħallas minn fondi pubbliċi fiż-żewġ rwoli, għaliex m’hemm l-ebda ċarezza, l-ebda spjegazzjoni u l-ebda responsabbiltà?

 

Din is-sitwazzjoni tqajjem dubji serji dwar kunflitti ta’ interess, użu ħażin ta’ riżorsi pubbliċi u taħlita perikoluża bejn rwoli politiċi u impjiegi ffinanzjati mill-Istat. X’inhuma eżatt id-dmirijiet ta’ Bonello bħala Segretarju Ġenerali li jiġġustifikaw ħlas sħiħ jekk fl-istess ħin qed jaħdem f’kariga oħra? Jew forsi din il-kariga hija sempliċiment simbolika? Personalment ma nemminx.

 

Aktar importanti minn hekk, jeżistu regolamenti jew linji gwida dwar jekk assistenti personali ta’ eks Prim Ministri humiex permessi jokkupaw impjiegi oħra full-time, speċjalment f’karigi politiċi?

 

U jekk jeżistu dawn ir-regoli, għaliex l-awtoritajiet kompetenti għadhom ma kjarifikawx jekk f’dan il-każ hux kollox skont il-liġi?

 

 

Partit Nazzjonalista

 

 

Għal snin twal, il-Partit Nazzjonalista ipponta subgħajh, akkuża lil ħaddieħor bil-korruzzjoni u talab riżenji mal-iċken dell ta’ improprjetà. Iżda meta niġu għas-Segretarju Ġenerali tiegħu stess, il-PN jidher li jinsa l-prinċipji li tant jiftaħar bihom.

 

It-trasparenza u r-responsabbiltà mhux selettivi u l-fondi pubbliċi m’ għandhomx iservu ta’ privileġġ għal xi ħadd partikolari.

 

Charles Bonello u t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista għandhom jagħtu tweġibiet ċari u onesti lill-poplu Malti.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

1 Comment

  1. saviour stivala December 19, 2025

    Imma kif inu possibli li laministrazzjoni tal pajjis tipermetti li isiru dawn lafarijiet.

    Reply

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *