Skiet perfett bħala reazzjoni għal akkuża serja li qed nagħmel dwar l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech. Qed nakkużaha b’mġieba mhux xierqa u li għandha twassal għal tkeċċija.
Maġistrat ma tistax iġġib ruħha ta’ canvasser ta’ ebda politiku u torganizza laqgħat man-nies u toffri li l-laqgħat isiru f’darha.
Se nerġa nakkuża lil Donatella Frendo Dimech li qed torganizza laqgħat għal Kap tal-PN Alex Borg u saħansitra toffri darha biex issir din il-laqgħa.

Il-Maġistrat taf li dwar dan kollu għandi l-provi f’idejja.
Nittama li min għandu jieħu passi dixxiplinari li jwasslu għal tkeċċija ma jdumx ma jeħodhom.

