Wara li għamilt sejħa għal informazzjoni dwar Donatella Frendo Dimech, waslitli ħafna informazzjoni minn ħafna sorsi fosthom għaxar avukati midħla tal-qorti.
Lkoll jaqblu li l-espressjoni li tiddeskriviha hija “qisha mara miġnuna.” Jidher li hija magħrufa wkoll li tħobb tiċċajta vulgari u doppju sens u dan mhux f’okkażjonijiet rari iżda hija parti mil-karattru tagħha.

Milli jidher diversi avukati ilhom jagħmlu ilmenti u appelli kontra l-kummenti mhux xierqa u deċiżjonijiet tagħha, iżda jidher li hemm Imħallfin tal-Appelli li jgħattulha. Se nġib iktar informazzjoni u nesponihom jekk dan huwa vera.
Li skoprejt ukoll huwa li l-avukati mdejqin sew biha, iżda jibżgħu jitkellmu għax jafu li kattiva u tasal tpatti.
Kellimt nies jaħdmu l-qorti u membri tal-Korp tal-Pulizija. Kulħadd kelma waħda. Il-Qorti ġabitu burdell.
Nwiegħed kunfidenzjalità lil kull min jitkellem miegħi. Qatt ma nikxef is-sorsi u kull min għandu informazzjoni nħeġġu jkellimni fuq:
Wattsapp – 79004383
Email – Nevillegf@gmail.com
Signal – 79004383
Nwiegħed li se nagħmel ħilti kollha biex titkeċċa mil-kariga għax diġà għandi provi biżżejjed f’idejja u se nkompli niġbor iktar.

