Issa wasal il-mument li ngħidilkom iktar.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qed tippresjedi l-inkjesta dwar kif sparixxew $6,000 mil-Qorti t’Għawdex. Id-Direttur tal-Qorti t’Għawdex hija Mary Debono Borg u għalhekk tinsab fiċ-ċentru tal-investigazzjoni.

Kull min isegwi dan is-sit jaf li jien kont qed nikteb dwar dan l-iskandlu.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech b’mentalita’ korrotta ipprovat issikkitni billi offrietli li tlaqqagħni ma’ Alex Borg u dan bl-iskop li ma nibqax nikteb dwar l-inkjesta li ommu tinsab fiċ-ċentru tagħha.
Jekk din mhux raġuni għaliex Maġistrat tirriżenja, ma nafx raġuni iktar serja minn din.

Mark Chetcuti
Ma ħassejtx li għandi nkun kompliċi f’dan kollu u għalhekk qed nippublika dawn il-fatti u jekk l-Prim Imħallef mhux se jwaqqafha mill-inkjesta minnufih se jkun kompliċi hu ukoll f’dan l-iskandlu.
Il-pajjiż jixraqlu ġudikanti serji u mhux gudikanti li jagħmlu burdell mil-kariga tagħhom.


1 Comment
NAPPELLA LILL-KUMMISSARJU GHAL-ISTANDARDS TAL-GUDIKATURA, L-IMHALLEF EMERITUS TONI ABELA, BIEX JINVESTIGA KEMM LIL DIN IL-MAGISTRAT, KIF UKOLL, JEKK HEMM BZONN, LIL-PRIM IMHALLEF JEKK DAN MHU QED JGHAMEL XEJN DWAR DAWN L-AKKUZI TANT SERJI !