Meta kien qed jieħu sehem f’dibattitu televiżiv, is-Segretarju Ġenerali tal- Partit Nazzjonalista, Charles Bonello ikkonferma li d-dejn tal-PN jammonta għal €32 miljun.

Charles Bonello
Ftit jiem qabel, il-Kap Nazzjonalista Alex Borg iddikjara li d-dejn tal-PN hu ta’ madwar €11-il miljun. Jidher ċar li xi ħadd minnhom irid iqarraq.
Hija kurżità kbira kif il-Partit Nazzjonalista se jkun qed isolvi din il-mażżra li għandu m’għonqu. Interessanti nkunu nafu minn fejn per eżempju se jibda jnaqqas l-ispejjeż.

Sadanittant, tajjeb li nfakkru Sabrina Cabourdin iddikjarat li mhux se titħallas ta’ xogħolha. Allura Gloria Borg Olivier, mart Pawlu Borg Olivier, se tibqa’ titħallas kif ilha tagħmel snin sħaħ waqt li l-Partit Nazzjonalista b’ 32 miljun dejn?
Għaliex qed insemmi proprju lil Gloria Borg Olivier, fost l-impjegati kollha tal-Partit?
Għax tajjeb li nfakkru li Pawlu Borg Olivier huwa l-agħar Segretarju Ġenerali fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista. Fi żmienu l-Partit tilef b’40,000 vot u ħalla warajh partit bil-ġlied intern u 20 miljun ewro dejn.
Sewwa qrajtu – GĦOXRIN MILJUN EWRO DEJN.

Koppja Borg Olivier
Jidher li sal-llum, ħdax ‘il sena wara, martu Gloria għadha taħdem mal-partit wara d-diżastru li ħalla żewġha.
Dan is-sit se jerġa jistaqsi?
X’ taħdem eżattament Gloria Borg Olivier?
Kemm għandha paga?
Jew taħdem b’xejn? Volontarjat?
Tkellmu ma dan is-sit diversi partitarji Nazzjonalisti kif ukoll impjegati stess u stqarrew li jinsabu irrabjati b’din s-sitwazzjoni.
Nistennew tweġibiet.


2 Comments
“Ftit jiem qabel, il-Kap Nazzjonalista Alex Borg iddikjara li d-dejn tal-PN hu ta’ madwar €11-il miljun. Jidher ċar li xi ħadd minnhom irid iqarraq.” Ħadd mhu iqarraq. Sempliċiment fl-aħħar tal-PN qed jagħmu dak li l-Partit Laburista kien ilu jagħmel, u ċioe, fired id-dejn tal-Partit per se mid-dejn tal-entitajiet tiegħu. Għal finijiet tal-liġi dan huwa suffiċjenti u allura issa ġew konformi mal-Kummisjoni elettorali. Wara kollox id-dejn tal-PN huma jridu jaraw kif ser iħallsuh u għal votant din ftit li xejn tagħmel differenza. Il-PL aħjar jara kif ser jerġa jattira lejh nies li kien jagħmlu parti mill-grass root tiegħu u issa ħalfu li ma jridux jivvutaw anke wara suppost l-aqwa budget ta’ kull żmien!!
Tajjeb qed jinghad li gew konformi mal ligi? Mela l ligi lastiku, tiggebed. Ghaliex ma ttiehdux passi legali fil konfront tal PN meta ilu jikser il ligi madwar hames snin jew spiccawlu l karawett il PL.
Minn dak li nisma dawk li nsejhulhom l gheruq tal Partit l aktar li huma urtati ghal fatt li uhud (mhux ftit) mil Ministri insew minn fejn telqu u tant kibritilhom rashom li meta jaslu ghal vot biss jiltaqghu mal kostitwenti imma hin biex jihdru fuq it TV isibu ta spiss.
Minn hawn nappella lil aministrazzjoni tal PL sabiex tinbidel id direzzjoni ghax kull vot jghodd.