Dan huwa wieħed mill-bosta messaġġi li qed nirċievi. Dan mingħand avukat mustaċċun. Ovvjament se nżommu anonimu bħal ma dejjem nimxi mas-sorsi tiegħi. Mhux se niżvela l-isem tal-avukat u nirrispetta l-kunfidenzjalità tas-sors.

“Tbh minix daqsekk ħażin magħha però tbati bil burdati.
Naħseb li tista’ tkun iktar bilanċjata in ġenerali, u fl-awla kultant tiżgarra fis-sens li kelma tista’ toqgħod naqa lura minna. Biss nemmen onestament knowing her rebellious character, jekk se jiktbu xi ħaġa fuqha iktar tagħmel.”
Innotaw x’qal dwarha. “Mhix bilanċjata. Tiżgarra. Kelma tista’ toqgħod lura minna.”
Din x’ Maġistrat hi?

