Għal madwar sena u nofs jidher li Ryan Borg, l- awditur tal-Partit Nazzjonalista kien qed jopera kumpanija li ma kienetx inkorporata. Filfatt l-ebda accounts ma ġew iddepożitati għall-kumpanija Precision Point Malta.
Minkejja li jopera din id-ditta, Ryan Borg ma ffirmax il-kontijiet tal-PN f’isem din id-ditta, imma f’ismu personali.

Fil-fatt mis-sit tal-Accountancy Board ma jidhirx li din id-ditta hija rreġistrata la bħala auditing firm jew anqas bħala accounting firm.
Ryan Borg għandu warrant number 12332 biex jista’ jagħmel audits. Il-liġi tesiġi li kumpaniji ta’ accounting jew auditing ikunu rreġistrati mal-Accountancy Board.

