Il-familja Caruana Galizia veru tosti. Jibqgħu jgħidu li jeħtieġ dawk responsabbli jaffaċċjaw ġustizzja għall-qtil u li d-dewmien biex issir ġustizzja qed jieħu tant fit-tul. Matthew Caruana Galizia u familtu imisshom jirringrazzjaw pubblikament u fl-istess waqt jinnominaw lil Victoria Buttigieg għal Ġieħ ir-Repubblika, għax kienet hi li mexxiet il-ġurijiet kollha li waslu biex saret […]
Waqt programm fuq RTK103, Matthew Caruana Galizia, iben Daphne Caruana Galizia qal li l-aħħar 8 snin għall-familja tagħhom kienu jikkonsistu f’inkwiet u anzjetà ma taqta’ xejn. Kompla jgħid li jeħtieġ dawk responsabbli jaffaċċjaw ġustizzja għall-qtil u li d-dewmien biex issir ġustizzja qed jieħu tant fit-tul. Matthew Caruana Galizia missu qabel kollox talab skuża […]
Illum jaħbat it-tmien anniversarju mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. L-għaqdiet estremisti Repubblika u Occupy Justice organizzaw velja biex ifakkru l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Aħna wkoll se nfakkru min verament kienet Daphne. Infakkarkom kif is-sinjura Caruana Galizia kella każ mat-taxxa dwar 100,000 ewro li bl-istandards tal-llum jista’ jfisser każ kriminali […]