Minn Kattoliku Prattikanti mill-Imġarr ta’ Malta Meta fi Frar tas-sena 2013, il-Papa Benedittu XVI iddeċida li jħalli s-Siġġu ta’ Pietru, hawn xi ħadd jaħseb li bniedem b’moħħ uniku bħal dak ma kellux f’moħħu lil min seta’ joħodlu postu? Bla dubju iżda Ratzinger ta’ bniedem intelliġentissimu qatt ma lissen kelma ma’ ħadd dwar suċċessur. […]
Ġie għasfur jgħidli li d- Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qedgħa taħdem u tagħmel ‘lobbying’ ‘l hawn u ‘l hinn sabiex tilħaq Aġent President. Għall-ewwel ħsibtha xi ċajta. Verament din Claudette Buttigieg ma tafx il-limiti tagħha! Ċertament li dan l-isem m’hux aċċettabbli l-aktar għall-Laburisti li hija tant tweġġagħhom. Dan apparti l-fatt li m’hix kompetenti. […]
Kien hemm minn staqsieni imma x’kellu jagħmel Joe Zammit McKeon, il-paladdin tar-‘rule of law’ ta’ Malta u li jipprova jindaħal f’kollox? X’kellu jagħmel fiċ-ċirkostanzi billi kien jaf minn qabel li applikat Dottoressa Monica Borg Galea, li taħdem miegħu għal snin twal? Joe Zammit McKeon kellu jwettaq ħaġa sempliċi. Kellu jinforma mill-ewwel lill-Prim Imħallef li […]