Nirreferi għal artiklu ppubblikat fuq Net News intitulat “Tikber il-qasma fil-PL: NYE Neville Gafa’ jattakka l-gazzetta tal-GWU u jitlob l-ambaxxata Russa tieħu nota”

Net News għandhom ħabta jippubblikaw Fake News. Ma kontx fi ħsiebni nwieġeb għal dan l-artiklu, iżda tajjeb li nikkjarika.
It-titlu tal-artiklu m’ għandu x’jaqsam xejn mal-kontenut tal-istess artiklu. Fil- ‘post’ tiegħi, li Net News għoġobhom jikkwotaw, la semmejt u lanqas attakkajt lil Labour. Ma nistax nifhem kif interpretaw opinjoni tiegħi relatata mal-Operazzjoni Militari Speċjali fl-Ukrajna bħala qasma fil-Partit Laburista.
Għal min isegwini jaf sew li jien ma noqgħodx indur mal-lewża f’kitbieti, u li għandi ngħid jew nikkritika nagħmlu b’mod dirett u b’lingwaġġ li jinftiehem minn kulħadd.

Nieħu l-opportunità nagħmilha ċara wkoll li l-fatt li kkritikajt artiklu ppubblikat minn news portal tal-GWU, bl-ebda mod ma jfisser li jien kontra l-GWU. Għax ma niskantax jekk tal-Fake News joħorġu jgħidu li jien kontra l-General Workers Union.
Jien niġġudika l-GWU fuq il-ħidma li jwettqu. Fuq l-impatt enormi li jħallu fuq il-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Il-kontribut li jagħtu fejn jidħol il-qasam soċjali.

Pajjiżna mexa “mit- Tajjeb għall-Aħjar” grazzi għall-Partit Laburista u l-General Workers Union.
Dan biex nikkjarika l-pożizzjoni tiegħi.

