Donald Trump iħabbar li María Corina Machado, Kap tal-Oppożizzjoni Venezwelana, m’ għandhiex ċans tkun President tal-Venezwela minflok Maduro.
María Corina Machado, il-favorita tal-Unjoni Ewropea, tista’ tinsa li tirritorna lura l-Venezwela u tilħaq President. Kapitlu magħluq.

María Corina Machado
Sadanittant, il-Viċi President Delcy Rodríguez ħadet il-ġurament tal-ħatra ta’ President.
X’jista’ jfisser dan?
Li kien kolp ta’ stat intern. Delcy Rodríguez ikkoordinat mal-Amerikani sabiex jaħtfu lil Maduro bl-eħfef mod possibbli.

Maduro
L-Amerikani riedu ras Maduro. Wegħduha l-Presidenza u minn naħa tagħha iffaċiltat l-operazzjoni Amerikana. Hekk seħħ, u Maduro diġà jinsab fi New York f’idejn id-Dipartiment tal-Ġustizzja.

Maduro skortat mill- FBI mal- wasla tiegħu fi New York
Jekk hu minnu, allura r-reġim se jibqa’ fil-kontroll assolut tal-pajjiż, allura fil-kontroll tar-riżorsi kbar li għandha l-Venezwela. Mossa li jkun kulħadd kuntent, għaliex Putin jibqa’ jikkontrolla t-tmexxija Venezwelana.

Delcy Rodríguez hija waħda mill-akbar alleati tal-Federazzjoni Russa. Mhux se jkun hemm bidla fir-reġim. Ir-reġim attwali jibqa’ jmexxi.
Minn naħa tal-President il-ġdida Delcy Rodríguez, tħallas lil Amerikani u lir-Russi permezz taż-żejt.
Jikkmanda min hu b’saħħtu l-aktar: l-Amerikani u r-Russi.

