Tlett xhur ilu, nofs tużżana ċarlatani ħarġu qatta bla ħabel kontra d- Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Ian Borg għaliex innomina lill-President Amerikan Donald Trump għall-Premju Nobel għall-Paċi.
Uħud minn dawn qatt ma ħarġu minn Malta, aħseb u ara kemm jafu min hu Donald Trump.

Irrelevanti taqbilx jew le ma dak li wettaq Trump fis-sigħat li għaddew, ħadd ma jista’ jinnega l-kobor u s-saħħa politika tiegħu.
Fortunatament, pajjiżna għandu politiku bħal Ian Borg li għaraf il-kobor ta’ Donald Trump. Dak li għaraf Borg għarfuh ukoll Prim Ministri u Presidenti ta’ pajjiżi kbar.
Tista’ ma taqbilx miegħu. Però ma tistax tkun ‘il bogħod minnu. Hekk qegħdin jagħmlu mexxejja mondjali bħal Vladimir Vladimirovich, Viktor Orban u Giorgia Meloni.
Nispera dawk il-ĦMIR li dakinhar ikkritikaw lil Ian Borg, illum tlett xhur wara intebħu u saru jafu kemm hu potenti u kbir dak li nnonima għal Premju Nobel tal-Paċi.


3 Comments
iL-kazzola is not on your wave lenghts.
U xejn inqas ta-SALVU BALZAN.
“Ħadd ma jista’ jinnega l-kobor u s-saħħa politika tiegħu (Donald Trump). Ridt tgħid is-saħħa militari!!! Skont dan l-argument i-osservanza tal-liġijiet internazzjoni jistgġu jiġu njorati għaliex min għandu s-saħħa militari jikkmanda!!! U min iwettaq dawn l-atti ħaqqu l-premju nobel! Bid-dovut rispett, il-mexxejja li semmejt ġejjin mill-fergħat tal-lemin estrem!!! Kellek l-ardir li tlaqqam li min jaqbilx miegħek ĦMIR!! Prosit tassew. B’hekk tirbaħ ħafna argumenti!!! Nifraħlek!!!!