Il-President Donald Trump għadu kif ikkonferma dak li diġà bassart jumejn ilu: Ir-Russja rebħet uffiċjalment il-kunflitt fl-Ukrajna.
L-Ukranja qatt m’hu se tkun kif kienet ħames snin ilu. Dan huwa l-bidu tat-tmiem tal-Ukrajna. Wara li r-Russi ħadu lura l-Lvant u n-Nofsinhar, issa jonqos Odessa u dak li fadal mir-Reġjun ta’ Sumy.

Trump waqqaf il-bejgħ ta’ armi lir-reġim Ukren fost id-diżappunt tal-korrotti Ewropej. Minħabba n-nuqqas ta’ fondi, ta’ Brussell xtraw biss ammont minimu ta’ armi għall-Ukreni, mill-Istati Uniti.
Minn naħa l-oħra, iċ-Ċina għandha l-barka tieħu Tajwan taħt idejha. Mhux kwistjoni ta’ kif, iżda meta.
Trump ċanfar ukoll lill-Prim Ministru Ġappuniż meta dan l-aħħar ħarġet b’ton aggressiv dwar it-Tajwan.

Din hija r-raġuni għaliex kemm iċ-Ċiniżi kif ukoll ir-Russi taw il-Venezwela lill-Amerikani fuq platt.

Drug addict Zelensky
Ikunu xi jkunu r-raġunijiet, l-influwenzi Russi, Ċiniżi u Iranjani fl-Amerika Latina u l- Amerika ta’ Isfel se jkunu qed imajnu. Minn naħa l-oħra, l-Amerika se tkun qed tagħmel l-istess fil- konfront tar- Russja u taċ-Ċina.

