Li Pawlu Pace, President tal-MUMN, hu ħalliel tat-taxxi tal-poplu, li jitlob l-overtime meta jkun fuq vakanza privata, ilna nafuha.

Li Pawlu Pace, dak li ammetta hu stess li hu frodist, huwa bla qalb għaliex lest li jagħti ordnijiet għad-detriment tal-pazjenti, nafuha wkoll għax kitibha hu stess.
Li konna għadna m’aħniex ċerti, imma issa għandna l-provi, hu li Pawlu Pace, dak li mhux dehen li jkompli jirrappreżenta lill-infermiera, huwa GIDDIEB PRIM.
Ħareġ jgħid li l-Gvern ikkanċella l-operazzjonijiet tal-qalb biex it-tobba jieħdu l-leave.
Gidba faħxija.

Gidbitu l-Kunsulenta Caroline Jane Magri billi kitbet fuq facebook u qaltlu li ħareġ b’gidba infernali.
Gidbdu wkoll it-tabib Kelvin Cortis f’kumment li ta lill-Ahbarijiet ta’ TVM fejn saħaq li “l-professjoni medika, m’għandhiex ħinijiet u festi” u wissa bil-konsegwenzi serji li jistgħu jagħmlu rapporti fil-media b’allegazzjonijiet li ma jirriflettux ir-realtà klinika.

Ħareġ igiddbu l-Ministru Jo Etienne Abela.
Gidbitu stqarrija maħruġa mill-Isptar Mater Dei.
Issa ħarġet tgiddbu wkoll il-MAM, il-Union tat-tobba.

Irriżenja Sur Pawlu Pace.

