Peress li dan l-aħħar Pawlu Pace tal-MUMN iddeċieda li jkun sinċier, tant li ammetta li hu joħroġ id-direttivi fit-teatri tal-operazzjoni biex iservu ta’ detriment għall-pazjenti, qed nitħajjar nagħmillu xi mistoqsijiet bit-tama li jkun sinċier dwarhom ukoll.
Mela kunu afu li jekk hawn xi ħadd li għandu jkun jaf xi jfisser impjieg mal-Gvern dan m’ hu ħadd ħlief Pawlu Pace. Hu impjegat mal-Gvern bħala infermier, martu wkoll, il-partner li jgħix magħha taħdem mal-Gvern ukoll, ibnu l-kbir ukoll, u anki ibnu ż-żgħir. Familja kollha, insomma. U kollha fid-Dipartiment tas-Saħħa.
Imbagħad biex bin il-ħaddiem jidħol mal-Gvern jaqilgħulu l-bajd.

Li ma tafux hu jekk minn dawn kienx hemm min ġie impjegat wara li Pawlu Pace uża l-pożizzjoni tiegħu fil-union u għamel pressjoni inkella jaqla’ l-għawġ.
U mhux biss ma tafux jekk din il-ħaġa saritx, imma lanqas jekk din irrepetietx ruħha aktar minn darba. Jafuha biss din il-ħaġa Pawlu Pace u min seta’ mar jitkarrab quddiemu.
Issa jekk irid ikun sinċier u biex ikun sinċier, Pawlu Pace għandu joħroġ stqarrija biex jgħidilha, mingħajr ma jigdeb, jekk qattx talab għal impjieg għal xi ħadd, għal min talbu u lil min.
Isa, Pawl, kun sinċier.

