Donald Trump u l-Messiku

Neville Gafa

~ 1 hour ago

Donald Trump u l-Messiku

Għal kważi nofs seklu, organizzajonijiet kriminali jew kif inhuma msejjħa ‘drug cartels’ Sud Amerikani xerrdu l-vjolenza u t-terrur fl-Istati Uniti u l-Emisferu tal-Punent.

 

L-għan tagħhom dejjem kien li jiddistabbilizzaw in-nazzjonijiet, jgħarrqu l-Istati Uniti bid-drogi u l- kriminalità. Permezz ta’ qtil, stupru, u vjolenza, jiddominaw it-traffikar fil-fruntiera u jaħkmu partijiet tal-Messiku qishom gvernijiet paralleli.

 

Jipperikolaw il-ħajjiet ta’ ċittadini komuni, is-sigurtà nazzjonali, u l-ordni reġjonali. L-inkursjonijiet tagħhom fl-Istati Uniti joħolqu theddida intollerabbli.

 

 

 

 

Il-mossa tal-President Trump fil-Venezwela tiftaħ il-bibien għal attakki militari jew operazzjonijiet speċjali fil-Messiku. Quddiem dan ix-xenarju, il-President Amerikan għandu żewġ għażliet dwar il-Messiku;

 

– iġiegħel lill-Messiku jintervjeni. Iżda personalment nemmen li huwa tard wisq.

 

– isejjaħ operazzjoni militari fuq il-Messiku.

 

 

Tajjeb li nfakkru li Trump diġà tkellem dwar intervent militari fil-Messiku.

 

Xi tkun id-deċiżjoni ta’ Donald Trump, nemmen li tkun waħda ġusta u ġustifikata għal ġid mhux biss tal-poplu Amerikan iżda għad-dinja kollha.

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *