Każ Fortina: iż-żewġ stimi fir-rapport tal-Awditur Ġenerali fihom diversi żbalji tekniċi u ma humiex skont il-liġi

Neville Gafa

~ 3 hours ago

Każ Fortina: iż-żewġ stimi fir-rapport tal-Awditur Ġenerali fihom diversi żbalji tekniċi u ma humiex skont il-liġi

Illum assistejna għal laqgħa oħra fil-kumitat tal-kontijiet pubbliċi dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq il-proċess tal-Fortina.

 

F’din is sessjoni ħareġ ċar illi kemm l-istima tad-ditta tal-awdituri (ta’ 23 miljun ewro) u kemm dik ta’ perit mqabbad mill Awditur Ġenerali stess (ta’ 21 miljun ewro) huma “żbaljati” teknikament u “mhux skont il-liġi”, tant li l-Awtorità tal-Artijiet infurmat lil Kumitat Parlamentari li ma tistax tibbaża aktar fuqhom u kostretta tieħu deċiżjoni li ma tibqax tikkunsidrahom aktar.

 

Aktar minn hekk, ħareġ li il-perit inkarigat mill Uffiċju tal-Awditur Ġenerali, ma kkollaborax biżżejjed mal-Awtorita tal-Artijiet billi ma pprovdiex “ir-raw data” kif mitlub mill-Awtorità u skont kif tesiġi l-liġi stess. Dan wassal biex l-Awtorità mhux f’qagħda li tista tikkonkludi l-analiżi kritika tal-istima.

 

Wara dan kollu, jidher biċ-ċar aktar minn qatt qabel kemm għaġġel jew kemm ipprova jiżvijja min ried jieħu vantaġġ minn dan kollu jew min ipprova jsallab entità kummerjali privata.

 

Fuq dan u aktar, ser inkomplu nitħarrġu u niktbu.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *