F’episodju ieħor ta’ sinjal ta’ konfużjoni, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Mario De Marco għal darb’oħra wera għaliex l-Oppożizzjoni tibqa’ distakkata mir-realtajiet politiċi u strateġiċi ta’ Malta.
B’sejħa teatrali u bla sens, Mario de Marco ħeġġeġ lill-Gvern Malti biex jidħol f’kontroversja assurda dwar l-interess tal-Istati Uniti fl-akkwist ta’ Greenland, u ddikjara li “Il-President Trump irid jifhem li Le tfisser Le” u li Malta għandha turi appoġġ lid-Danimarka, lil Greenland u lis-“sħabna” Ewropej.

Ejja nkunu sinċiera u realistiċi: din il-pożizzjoni hija totalment barra minn lokha. L-interess tal-Istati Uniti fi Greenland ma joħloq l-ebda theddida għas-sigurtà, l-ekonomija, jew l-interessi strateġiċi ta’ Malta. Bħala Stat Sovran u Newtrali, Malta għandha tħares l-interessi tagħha b’kawtela u bilanċ, u ma tidholx f’logħob ġeopolitiku li lanqas jikkonċernana u li jista’ joħloq konsegwenzi diplomatiċi bla bżonn.
Is-sejħa irresponsabbli ta’ de Marco tirriskja li ddarras alleat ewlieni bħall-Istati Uniti għal xejn b’xejn.Ġest simboliku vojt lejn id-Danimarka u “sħabna” l-Ewropej li, fil-verità, la qed jistennew u lanqas għandhom bżonn l-intervent ta’ Malta f’kwistjonijiet dwar territorju fl-Artiku. Tali indħil ma tkunx deċiżjoni tajba minn Stat Newtrali bħal ma hi Malta.
Azzjoni simili ma turi ebda ħila diplomatika. M’hi xejn għajr storbju politiku. L-interessi ta’ Malta jitolbu serjetà u sens strateġiku, mhux dawn il-fantasiji Nazzjonalisti ta’ “eroj globali” li m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-ħtiġijiet reali tal-pajjiż.

Drug addict Zelensky
Mhux biżżejjed xellifna r-relazzjonijiet diplomatiċi mal-Federazzjoni Russa minħabba li baxxejna rasna u paxxejna lill-korrotti ta’ Brussell.
Nappella lill-Gvern Malti sabiex jevalwa b’kawtela din is-sitwazzjoni u ma jidħolx f’ kontroversji żejda li jistgħu jgħarqu il- relazzjonijiet diplomatiċi mal-Istati Uniti.

