L-albatross m’għonq il-Partit Laburista fil-Gvern

Neville Gafa

~ 1 minute ago

L-albatross m’għonq il-Partit Laburista fil-Gvern

Minn Imsieħeb tal-Partit Laburista mill-Imġarr ta’ Malta

 

 

 

Jekk bla dubju kien hemm dejjem prinċipju wieħed li bħala Laburisti konna naqblu miegħu lkoll dejjem kien li l-qtil ta’ tarbija fil-ġuf hu delitt faħxi.

 

Bl-idea tal-post modernżismu kif ukoll li rridu soċjeta’ inklussiva fejn kulħadd jingħata l-istess drittijiet u opportunitajiet, tfaċċa l-ardir li nsejħu abort mhux qtil.

 

 

 

Minkejja li bħala Partit Laburista dejjem u ser nibqgħu partit progressiv, lajk u liberali, dan ma jfissirx li nistgħu naċċettaw kollox. Irridu nkunu sinċiera magħna nfusna li l-abort għall-Partit Laburista hu d-daqqa tal-mewt, l-albatross m’għonqu, jiġifieri jippermettieh u tiġi meta tiġi l-elezzjoni ġenerali jitlifgħha bl-art u l-baħar u ma jerġax jara d-dawl tal-gvern qabel 20 sena.

 

 

 

Hija daqstant gravi l-materja tal-abort li titfagħna fl-oppożizzjoni għal snin bla waqfien. Ejjew inkunu ponn wieħed bħala msieħba fil-Partit Laburista biex nissieltu għall-prinċipji li sawruna u li għamluna dak li aħna.

 

Le kontra l-abort u Iva ghall-ħajja, le għal qtil tal-feti u tal-innoċenti.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *