Wassalt il-fehma tiegħi dwar il-polemika li nqalgħet relatata ma dak li qal l-Isqof ta’ Għawdex dwar is-servizz tal-Child Care.
U wara li segwejt mijiet ta’ kummenti u fehmiet tal-poplu fuq diversi news portals:
L-ewwel u qabel kollox; Nibqa’ niġġielded għall-Libertà tal-Espressjoni.
It-tieni punt. Dejjem emmint li dan is-servizz kien wieħed ta’ għajnuna kbira għal dawk il-familji li ġenwinament ġew bżonnu sabiex ikomplu jirsistu għall-familja tagħhom.
It-tielet punt. Ejja niftakru kif l-Istat kien u għadu jirriżerva għall-Knisja Kattolika Appostolika l-parenza ta’ rwol kważi statali. Ħafna drabi l-kleru jużaha biex b’mod pubbliku jgħaddu fehmiet u pariri tagħhom relatati mal-ħajja publika.
Konklużjoni.
Kemm il-Gvern kif ukoll il-Knisja għandhom l-obbligu morali li jaħdmu qrib xulxin għal ġid komuni.
Għaldaqstant, ġenwinament nappella sabiex jiskatta djalogu bejn iż-żewġ naħat għal ġid komuni. Bil-kundanna ma naslu mkien. Bid-djalogu nimxu ‘l quddiem.
Viva l-Libertà tal-Espressjoni
Viva Malta 🇲🇹

