L-ilment mressaq quddiem il-Kummissarju għall-Istandards minn Rodrick Zerafa wassal lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi jikkonferma dak li issa daħal fis-seħħ għat-tieni sena, jiġifieri żieda li t-33,000 ħaddiem taċ-Ċivil u anki l-Ministri bħal ħaddieħor permezz ta’ ftehim kollettiv iffirmat lejn l-aħħar tal-2024.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg ipprova jagħti l-impressjoni li l-Gvern ta żieda ta’ €1,700 fis-sena lill-Ministri iżda l-Kummissarju għall-Istandards innota li ż-żieda reali fil-paga tal-Ministri għall-2026 kienet ta’ madwar €844, u mhux €1,700.

Alex Borg
Ma kien hemm ebda evidenza ta’ “żieda moħbija” fil-pagi. Iż-żieda fil-pagi kienet konsegwenza awtomatika tal-ftehim kollettiv għall-ħaddiema fis-servizz pubbliku, peress li l-pagi tal-Ministri huma marbuta mal-ogħla skala fis-servizz pubbliku.
Ma kien hemm ebda mekkaniżmu sigriet jew deċiżjoni speċjali meħuda apposta biex jiżdiedu l-pagi tal-politiċi.

