Il-benesseri tal-annimali: bejn il-prinċipju u d-doppia faccia.

Neville Gafa

~ 5 minutes ago

Il-benesseri tal-annimali: bejn il-prinċipju u d-doppia faccia.

Illum il-ġurnata hemm qbil wiesa’ li f’Malta qed isir investiment akbar u aktar strutturat fil-benesseri tal-annimali u fid-drittijiet tagħhom. Dan jidher kemm fis-servizzi ta’ emerġenza kif ukoll f’għajnuniet u inizjattivi li qabel kienu limitati jew nieqsa. Dan huwa żvilupp pożittiv li jixraqlu l-appoġġ ta’ kulħadd, irrispettivament minn pożizzjoni jew affiljazzjoni.

 

Madankollu, sabiex din il-kawża tibqa’ kredibbli u sostenibbli, hemm bżonn li tibqa’ mibnija fuq konsistenza u determinazzjoni. Il-prinċipji jitilfu l-valur tagħhom meta dak li jingħad fil-pubbliku ma jkunx rifless b’mod ċar f’dak li jsir fil-prattika.

 

Hawnhekk jidħol il-bżonn ta’ riflessjoni matura u l-verità tal-fatti.

 

Matul ħames snin fil-kariga ta’ l-Ex Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, fejn il-kuntratt tagħha ġie mġedded sena wara sena, l-eks Kummissarju Alison Bezzina kellha aċċess, pjattaforma u responsabbiltà pubblika. Dak kien perjodu fejn id-deċiżjonijiet, l-użu tar-riżorsi u l-mod kif kienet operata l-Kummissjoni kellhom impatt dirett fuq il-politika tal-benesseri tal-annimali. Huwa għalhekk li llum qed jitqajmu mistoqsijiet leġittimi dwar ċerti proċessi matul it-terminu tagħha; fosthom l-għoti ta’ direct orders u l-aċċess li kellhom diversi individwi u għaqdiet iżda mhux oħrajn.

 

 

 

 

Meta ntemm il-kuntratt tagħha f’din il-kariga, wieħed seta’ jistenna perjodu ta’ distakk jew ta’ riflessjoni. Minflok, ftit ġimgħat wara, ġie ffirmat kuntratt ġdid ta’ person of trust fl-istess Ministeru, b’valur ta’ eluf ta’ ewro fejn Sa Bezzina l-firmatarju. Kuntratt li, min-natura tiegħu, ma ġabx miegħu l-istess livell ta’ skrutinju pubbliku jew accountability li kienet iġġorr magħha l-kariga ta’ Kummissarju.

 

Dan iwassal għal mistoqsija sempliċi u ġenwina: jekk wieħed jemmen tassew fl-indipendenza u fil-ħtieġa ta’ “less red tape”, kif wieħed jispjega l-għażla li jibqa’ marbut istituzzjonalment mal-istess Ministeru li qabel kienet ikkrittikat għax neħħiha ġa la darba hija ħasbet li kellha ċens perpetwu?

 

Ir-rakkont ta’ “free agent” ħoloq ċertu konfużjoni fost il-pubbliku. Għax indipendenza tfisser ċarezza u distanza minn strutturi governattivi, mhux relazzjoni li tibqa’ teżisti però li l-istess “free agent” tridt taħbi biex tidher l-ikona tal-purità. Dan mhux argument dwar intenzjoni, imma dwar perċezzjoni u fiduċja.

 

Minkejja dawn il-mistoqsijiet kollha, hemm raġuni għal ottimiżmu. Illum għandna Kummissarju li qed tagħmel pressjoni u tmexxija li għal snin twal ma kinux isiru, inkluż fejn jidħlu l-annimali fil-Għammieri li għal żmien twil kienu qegħdin jitħallew f’stat disastruż mid-Direttur mingħajr intervent mill-Kummissarju biex jitejjeb il-benessere tagħhom. Fl-istess waqt, il-komunità tal-animal lovers tibqa’ mimlija nies ta’ integrità, li b’mod konsistenti poġġew il-ġid tal-annimali qabel kull interess personali.

 

 

 

Huwa fuq dawn il-valuri — determinazzjoni, tisħiħ leġislattiv favur id-drittijiet tal-annimali, infurzar effettiv, konsistenza u umiltà — li għandu jibqa’ jinbena l-futur tal-benesseri tal-annimali f’Malta.

 

Għax il-kawża tal-annimali kien dejjem jistħoqqilha tmexxija serja, ċara u onesta fejn taraf li wieħed irrid issib bilanċ biex ix-xoghol jitwettaq.

 

Fuq kollox dan l-artiklu juri li l-verità dejjem titla f’wiċċ l-ilma.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *