Nirreferi għal rapport ta’ Net News intitolat “Ħlas ta’ €8.3 miljun f’VAT fil-konfront ta’ kumpanija li għamlet xogħol għal Vitals u li bdiet proċeduri kontra Steward Health Care.”
Skont Net News, il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili ċaħdet il-kawża mressqa mis-soċjetà Shapoorji Pallonji (Malta) Limited kontra l-Kummissarju tat-Taxxi. Fl-imsemmija kawża intalab il-ħlas ta’ €8,394,294.94 rappreżentanti VAT, penali u mgħax għall-perjodu bejn l-1 ta’ Marzu 2015 u l-1 ta’ Awwissu 2020.

Minn naħa tagħhom, Shapoorji talbu sabiex dan l-avviż jiġi ddikjarat null u invalidu, u li ma jikkostitwixxix titolu eżekuttiv fil-konfront tagħhom.

Henri Mizzi
Is-Sentenza tal-Imħallef Henri Mizzi “tiddikjara u tiddeċiedi illi 1-Avviż maħruġ mill-Kummissarju fis-16 ta’ Frar 2021 huwa irregolari u null, u li ma jikkostitwixxix titolu eżekuttiv fil-konfront ta’ Shapoorji. L-ispejjeż tal-kawża jithallsu mill-Kummissarju.”

Ħaġa tal-iskantament kif sentenza ċara daqs il-kristall tiġi kkwotata bil-maqlub. Jidher li kemm ilu li Alex Borg laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-PN imbarkaw fuq strateġija ta’ gideb u qerq.

