Skont Lovin Malta ngħata sentenza sospiża. Fil-verità lanqas biss tressaq il-Qorti

Neville Gafa

~ 1 hour ago

Skont Lovin Malta ngħata sentenza sospiża. Fil-verità lanqas biss tressaq il-Qorti

It-Tlieta wara nofsinhar, Lovin Malta irrapportaw kif Ungeriż ta’ 30 sena ġie arrestat wara li nqabad inaqqax numri fuq ġebla fit-Tempji tal-Ġgantija f’Għawdex.

 

 

 

 

L-istess rappurtaġġ jgħid li l- ‘akkużat’ ammetta l-ħtija u ngħata sentenza ta’ sentejn priġunerija sospiżi għal erba’ snin, li hija l-massimu permessa fil-liġi Maltija.

 

Sorsi fil-Korp tal-Pulizija li tkellmu ma dan is-sit infurmawna li għalkemm l-Ungeriż ġie arrestat, dan għadu lanqas biss tressaq il-Qorti, aħseb u ara kemm ammetta u ngħata sentenza sospiża.

 

 

 

 

L- istess sorsi qalulna li l-Ungeriż għandu jitressaq il-Qorti l-Erbgħa wara nofsinhar.

 

Dan huwa l-ġurnaliżmu professjonali li tant jiftaħru bih Lovin Malta.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *