‘Anchorage’ Simbolu Diplomatiku mingħajr Ordni Dinjija Ġdida

Neville Gafa

~ 10 hours ago

‘Anchorage’ Simbolu Diplomatiku mingħajr Ordni Dinjija Ġdida

Għaliex il-laqgħa bejn Washington u Moska ma laħqitx il-livell storiku ta’ Yalta, Helsinki jew Malta

 

 

 

 

 

Wara l-laqgħa ta’ Awwissu li għadda bejn il- President Russu u Amerikan f’Anchorage, Alaska, bdiet tiċċirkola frażi diplomatika ġdida: “l-ispirtu ta’ Anchorage.” Għalkemm id-dettalji tat-taħditiet baqgħu kunfidenzjali, dakinhar ingħata x’wieħed jifhem li kienet se tintwera rieda politika.

 

Il-mistoqsija fundamentali hija jekk Anchorage jistax jitqies fl-istess kategorija ta’ mumenti li verament biddlu l-Ordni Internazzjonali, bħal Yalta (1945), Helsinki (1975), u Malta (1989). F’Yalta, id-dinja ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija ġiet maqsuma, f’Helsinki, ġie kkonsolidat bilanċ relatat mal-Gwerra Bierda; u f’Malta, ġiet fi tmiemha il-qasma tal-Ewropa. Dawn ma kinux laqgħat ta’ konvenjenza, iżda laqgħat li taw bidu għall-ristrutturar ġeopolitiku.

 

Id-diskussjonijiet f’Anchorage ffukaw primarjament fuq il-gwerra fl-Ukrajna, iżda b’assenza ta’ Kyiv u l-UE. Din l-esklużjoni qajmet rabja mill-Unjoni Ewropea għaliex kompliet tesponi l-irrelevanza tagħha fejn tidħol il- ‘World Order’.

 

 

Vladimir Putin

 

 

Il-fattwalita’ ta’ dan il-ftehim tiddependi fuq il-kapaċità u fuq kollox ir-rieda tal-Stati Uniti li jinfurzawh kif maqbul. L-iżviluppi ta’ wara l-laqgħa jissuġġerixxu li Washington għandha l-mezzi, iżda nieqsa mir-rieda politiku.

 

Għal Donald Trump, ir-riżoluzzjoni għal tmiem il-kunflitt tidher aktar marbuta mal-prestiġju personali milli viżjoni strateġika fit-tul. Ċara li l-prijorità għalih hi dik li tiġi evitata rebħa totali mir-Russja, aktar milli li jinbena qafas komprensiv u sostenibbli ta’ paċi. Din hija politika ta’ ‘damage control’ minn naħa Amerikana.

 

 

B’differenza mis-summits li bidlu s-sistemi globali, Anchorage ma pproduċa ebda Ordni ġdida. L-Istati Uniti tinvolvi ruħha b’mod determinat biss meta tqis li hemm xi ħaġa akbar fuq il-mejda, Ordni Dinjija ġdida, bilanċ ġdid ta’ poter, jew xi Ġeopolitika ġdida. F’Anchorage, dak il-kalkolu ma sarx.

 

L-“ispirtu ta’ Anchorage jista’ jibqa’ Diplomatikament imfakkar bħala frażi ta’ konvenjenza, u mingħajr rieda li tinbidel l-istruttura tal-poter globali, jibqa’ eżerċizzju simboliku u mhux mument storiku. Żgur mhux forsi jibqa’ fatt wieħed; Vladimir Putin mar lura r-Russja politikament rebbieħ.

 

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *