Issir it-tieni edizzjoni ta’ Ikla bi Mħabba mal-anzjani b’messaġġ sabiħ favur ir-rispett

Neville Gafa

~ 11 hours ago

Issir it-tieni edizzjoni ta’ Ikla bi Mħabba mal-anzjani b’messaġġ sabiħ favur ir-rispett

Madwar 140 anzjan u anzjana ingħaqdu flimkien ġewwa San Vinċenz de Paul għat-tieni edizzjoni ta’ ‘Ikla bi Mħabba’, inizjattiva li toffri mumenti speċjali għar-residenti ta’ San Vinċenz kif ukoll anzjani minn residenzi oħra.

 

 

 

 

Inizjattiva ta’ mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela, din l-attività reġgħet ittellgħet fl-okkażjoni ta’ Jum San Valentinu, bil-għan li twassal messaġġ ta’ mħabba u rispett anki fost l-anzjani. Fl-attività ntbagħat messaġġ ukoll importanti favur is-solidarjetà f’mumenti fejn ikun hemm anki s-solitudni.

 

 

 

 

Bħal ma sar fl-ewwel edizzjoni, Dr Abela reġgħet ingħaqdet ma’ erba’ parteċipanti ewlenin mill-programm MasterChef Malta – Andrew Debattista, Leigh Spiteri Chircop, Francesco Sultana u Antoine Micallef li flimkien mat-tmexxija u l-ħaddiema ta’ San Vinċenz De Paul ħejjew ikla speċjali, maħsuba apposta biex titgawda mill-anzjani preżenti.

 

L-attività f’atmosfera mill-isbaħ iżżewqet minn divertiment mill-kantanti Glen Vella, Tiziana Calleja, Sarah Bonnici u Jasmine Abela. Dr Abela saħqet fuq l-importanza li nibqgħu nuru l-apprezzament tagħna lejn l-anzjani u rrimarkat li s-solidarjetà interġenerazzjonali hija valur importanti li għandna nkomplu nindukrawh fis-soċjetà tagħna.

 

 

 

 

Dr Abela qalet li permezz ta’ din l-inizjattiva qegħdin inkomplu noħolqu mumenti sbieħ fost dawk l-aktar vulnerabbli u nibagħtu messaġġ li għandna bżonn nieħdu ħsieb xulxin.

 

L-anzjani esprimew il-ferħ u l-apprezzament tagħhom għal din l-inizjattiva, li għal ħafna minnhom kienet opportunità sabiħa biex jiltaqgħu flimkien.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *