Giglio traditur tal-klijent

Neville Gafa

~ 1 hour ago

Giglio traditur tal-klijent

Joe Giglio, li wara għoxrin sena jaħdem fl-uffiċċju tal-familja Herrera, bidel seba’ uffiċċji meta ma baqax jaħdem hemm, kellu l-wiċċ tost jivvota fil-Parlament kontra Consuelo fil-vot dwar il-Prim Imhallef.

 

Imma se ngħidilhom agħar minn hekk. Waqt li mar fil-Parlament jivvota kontra l-Imħallef Consuelo kien qed jiddefendi ġuri quddiemha stess.

 

Consuelo Scerri Herrera


Dan huwa tradiment tal-klijent tiegħu stess. Il-klijent jaf li l-avukat tiegħu stess, waqt l-ġuri mar fil-Parlament jivvota kontra l-istess Imħallef li kienet qed tisma’ l-ġuri?

 

Dr Joe Giglio fejn hi l-etika? Jekk ivvotajt kontra l-Imħallef Consuelo fil-Parlament,  kif mort tiddefendi ġuri quddiemha fl-istess ġurnata?

 

Il-ġurati għadhom kif sabu lil akkużat hati. Qed jiffaċċja ħamsa w għoxrin sena ħabs. 

 

Dr Giglio tradejt l-interessi tal-klijent tiegħek stess.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *