Dan is-sit dejjem l-ewwel bl-aħbar. Nista’ nirraporta b’mod esklussiv li skond l-akkużi, l-attakk taċ-ċorma fil-konfront ta’ Massimo Zammit kien motivat politikament.
Dawn huma l-akkużi li ħarġu l-Pulizija wara l-investigazzjonijiet li għamlu.
Tifel Laburist jiġi msawwat waqt l-festa ta’ San Pawl minn partitarji Nazzjonalisti.
Dawn huma l-akkużi.

“Fisem ir-Repubblika ta’ Malta nakkużawh talli nhar 1-ghaxra (10) ta’ Frar tas-sena 2026, ghall-habta ta’ bejn l-erbgha ta’ waranofsinhar (16:00) u s-sitta ta’ filghaxija (18:00), gewwa Triq Santa Lucija, il-Belt Valletta, Malta:
1. Minghajr il-hsieb li toqtol jew li tqieghed il-hajja ta’ haddiehor f periklu car, ikkaġunajt offiża gravi fuq il-persuna ta’ MASSIMO ŻAMMIT bi ksur tal-Artikolu 216(1)(b)(d) tal-Kapitolu 9 tal-Ligijiet ta’ Malta, hekk kif gie certifikat mit-tabib Dr Mario Gauci, meta i-reat ikun aggravat jew motivat fuq bażi ta’ generu, identità tal-generu, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, origini nazzjonalijew etnika, età, diżabilità, cittadinanza, reliġjon jew twemmin jew opinjoni politika jew opinjoni ohra fi hdan it-tifsira moghtija fis-subartikoli tal-Artikola 222A tal-Kapitolu 9 tal-Liğijiet ta’ Malta;’ Din 1-Onorabbli Qorti hija gentilment mitluba, fkaż li tinstab htija ghar-reati kollha jew uhud minnhom, sabiex:

i. Titratta lil-imputat bhala recediv ai termini ta’ l-artikoli 49 u 50 tal-Kapitolu 9 tal-ligijiet ta’ Malta u dan b’diversi sentenzi tal-Qrati Maltin, liema sentenzi saru definittivi u ma jistghux jinbidlu; u
Tipprovdi ghas-sigurta ta’ l-imsemmija Massimo Zammit u 1-familjari tieghu w minn issa tapplika 1-provvedimenti tal-Artikolu 412C tal-Kodici Kriminali u taghmel ordni ta’ protezzjoni taht dawk il-kawtieli li din il-Qorti jidhrihlhali huma xierga; u
ili.
Minbarra li tinflingi 1-pieni stabbiliti mill-ligi, tordna lill-imsemmija persuna thallas id-danni stabbiliti skond 1-Artikolu 532A tal-Kodici Kriminali, u 1-ispejjeż li ghandhom x’jaqsmu mal-hatra ta’ l-esperti, jekk ikun il-każ, kif provdut fl-Artikolu 533 tal-Kodici Kriminali; u
iv.
Tordna lill-hati sabiex jirrestitwixxi lill-parti offiża kull hağa minnu misruqa jew li huwa jentement laga’ ghandu b’ricettazzjoni jew akkwista bi frodi jew gligh iehor kontra l-iøi bi hsara ta’ dik il-parti bi jew permezz tar-reat, jew li jhallas lil dik il-parti ammont tå’ flus kif jista’ jiği stabbilit mill-Qorti bhala kumpens ghal dak it-telf kif imsemmi jew ghal xi danni jew offiża jew hara ohra ai termini ta’ 1-Artikolu 15A tal- Kapitolu 9 tal-Ligijiet ta’ Malta
Għaldaqstant, filwagt li qed nesebixxu fedina penali tal-imputat, kif ukoll estratt miċ-ċertifikat ta’ twelid ta’ l-istess imputat, nitolbu li dan il-każ jigi investigat skond il-liġi.

