Skandlu Alex Borg Ġlieda f’San Pawl : il-Qorti li jmiss fis-26 ta’ Frar mil-Magistrat Nadine Lia

Neville Gafa

~ 7 hours ago

Skandlu Alex Borg Ġlieda f’San Pawl : il-Qorti li jmiss fis-26 ta’ Frar mil-Magistrat Nadine Lia

Il-Qorti li jmiss fil-każ tal-ġlieda bejn iċ-Ċorma u Massimo Zammit fil-festa ta’ San Pawl se ssir fis-26 ta Frar mill-Magistrat Nadine Lia.

 

Il-każ huwa interessanti mhux minħabba l-ġlieda iżda minħabba laqgħa li kellu l-Kap tal-P.N. Alex Borg mal-vittma ġewwa d-Dar Ċentrali.

 

 

Partit Nazzjonalista

 

Mhux magħruf għaliex il-Pulizija damu mit-Tlieta sas-Sibt tal-ġimgħa l-oħra biex ħadu passi. L-akkużat tressaq il-Qorti s-Sibt li għadda u qed jinżamm arrestat.

 

Dr. Mario Mifsud

 

Kellu jkun l-avukat qalbieni Mario Mifsud li fl-awla  kixef l- maniġġi maħmuġa ta’ Alex Borg, kummenti li ġew rappurtati fil-media.

 

Kieku ma kienx għal kuraġġ tal- avukat Mario Mifsud kollox kien jibqa’ mistur.

 

 

Dan is-sit ħabbar kif il-Ħamis tal-ġimgħa l-oħra, Alex Borg talab li jiltaqa’ ma Massimo Zammit, tifel Laburist biex jitwaqqa’ l-każ. Dan huwa aġir skandaluż jekk mhux illegali. Alex Borg ma jafx li Massimo Zammit huwa l-filjozz tal-familja Herrera. Dik li għadhom kif ivvotaw kontriha fil-Parlament.

 

Bħala ġurnalist se nkun preżenti għal-Qorti li jmiss dwar dan il-każ.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *