Rajt il-post tal-Prof. Andew Azzopardi taċ-ċingi bħall-eroj tiegħu Austin Gatt u Manuel Deli, fejn faħħar lill-Kulunell Mark Mallia. Dan kiteb hekk:
“Fl-OPM allaħares ma kienx hemm Mark Mallia — iwieġeb, jiddiskuti u għandu approċċ tajjeb ħafna.
Għandu sens ta’ amor proprju.”

Studjajtu kelma b’kelma u jkollu ngħid dan il-post jinkwetani mmens.Għax dan hu post ta’ tifħir lejn l-id il-leminija tal-Prim Ministru, minn xi ħadd li min x’ħin jisbaħ sa ma jidlam jattakka lill-Prim Ministru u l-Gvern Laburista.
Ninkwieta għaliex miktub minn Andrew Azzopardi, persuna li jikkundanna lil min jidhirlu. Jekk dak li jkun ikun Labour jieħu pjaċir aktar.

Andrew Azzopardi
Għamel snin jippontifika minn fuq l-artal ta’ Charles Ġuda, sakemm keċċewh.
Imbagħad jipproteġi u jitlob il-ħniena għal nies ikkundannati. Qed nirreferi ghal qattiel Erin Tanti li abbuża minn tifla u wassalha għal mewt.

Erin Tanti
Naf fiċ-ċert li Andrew Azzopardi kien għamel pressjoni fuq il-Gvern biex iħalli lil Erin Tanti, li sadattant taqqal mara mill-ħabs, biex joħroġ mill-ħabs u jattendi kors tiegħu l-Universita’ full time, qalb bosta tfajliet oħra.
Prof. Andew Azzopardi, veru li int introduċejt lill-qattiel Erin Tanti lit-tfajla li taqqal waqt li kien il-ħabs?
Professur ta’ Żobbi Azzopardi tiċħad dan? Dażgur li le.

Mark Mallia
Sur Mallia, oqgħod attent minn dan is-serp. U bil- ħaqq għax kont se ninsa, jekk tkun fuq il-programm tiegħu staqsih din il-mistoqsija f’ismi;
Prof. Andrew Azzopardi, huwa minnu li taħt il-Gvern tal-Labour int qed tibbenefika minn sentejn Sabbatical on full pay mill-Università ta’ Malta?
Sur Mallia, kieku jien noqgħod attent minnu. Rari jfaħħar persuni ta’ twemmin Laburista. Minn naħa tagħna għandek appoġġ totali. Żommna dejjem magħqudin.

