Min kien il-moħħ wara r-rapport kontra Marigold u Joseph u Michelle Muscat ?

Neville Gafa

~ 8 hours ago

Min kien il-moħħ wara r-rapport kontra Marigold u Joseph u Michelle Muscat ?

Fil-jiem li għaddew l-uffiċċju tal-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika ppublika rapport dwar ir-rilaxx ta’ impjegati pubbliċi biex iservu ma’ għaqdiet voluntarji, li żeffen fin-nofs lill-Fondazzjoni Marigold, lis-sinjura Michelle Muscat u lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

 

Intqal ħafna dwar dan ir-rapport fl-aħħar sigħat iżda bħas-soltu dak li jgħodd verament tħalla barra. Anzi inħeba. Illum u fil-ġranet li ġejjin se nkunu qed iġibu għall-attenzjoni tagħkom affarijiet li sa issa inżammu mistura.

 

Eżempju – min kien il-moħħ wara dan ir-rapport ?

 

Il-moħħ wara dan ir-rappprt kien Charles Polidano, Direttur Ġenerali fl-uffiċċju tal-Kummissarju, magħruf għas-simpatiji politiċi tiegħu u magħżul mill-ewwel Kummissarju, l-eks Segretarju Parlamentari Nazzjonalista Geoege Hyzler.

 

 

Fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti, Polidano kien konsulent tal-Kap tac-Ċivil waqt li fassal il-famuża ‘Freedom of Information Act’ li għaddiet mill-Parlament fl-2008 iżda daħlet fis-seħħ f’Settembru 2012, ftit xhur biss qabel it-tmiem tal-Gvern ta’ GonziPN għaliex in-Nazzjonalisti jippriedkaw it-trasparenzna imma ħallew din il-liġi fuq l-ixkaffa għal 4 snin sħaħ. Wara l-2013 il-Freedom of Information Act intużat, f’xi każijiet anki b’mod abbużiv, biex bdew jintalbu ħafna dokumenti tal-Gvern.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *