Nibdew niktbu dwar Imħallef fil-Qorti tal-Familja

Neville Gafa

~ 1 minute ago

Nibdew niktbu dwar Imħallef fil-Qorti tal-Familja

Fil-bidu ta’ Frar, Il-Gvern nieda l-ewwel fażi tar-riforma fil-Qorti tal-Familja. Dan bħala bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ wegħdiet elettorali dwar ġustizzja aktar effiċjenti u ffukata fuq it-tfal. Il-miżuri mħabbra jinkludu bidliet leġiżlattivi u amministrattivi, b’mod partikolari fuq limitu ta’ żmien fil-proċeduri u tisħiħ tal-medjazzjoni. Bidliet li għandhom iwasslu għal sistema aktar moderna mfassla skont il-ħtiġijiet tal-familji.

 

 

Il-Qorti tal-Familja tħares wieħed mill-oqsma l-aktar sensittivi tal-liġi: is-separazzjonijiet, il-kura u kustodja tat-tfal u l-manteniment, skont il-Kodiċi Ċivili (Kapitolu 16 tal-Liġijiet ta’ Malta). Il-missjoni ewlenija tagħha hija li tħares l-aħjar interess tat-tfal.

 

Madankollu, aktar ma jgħaddi ż-żmien, f’Malta qed ikollna rġiel affettwati b’mod ħażin għal raġunijiet li jindikaw preġudizzju sistemiku li jaħdem kontra tagħhom, partikolarment fil-mod kif jiġu ttrattati t-talbiet waqt proċeduri ta’ separazzjoni. Esperti tal-liġi li tkellmu ma dan is-sit indikaw kif ta’ spiss deċiżjonijiet relatati ma talbiet ippreżentati minn nisa, fosthom tal-manteniment u kustodja qegħdin jiġu aċċettati b’ħeffa, filwaqt li applikazzjonijiet minn irġiel fejn tidħol kustodja, drittijiet ta’ aċċess jew diviżjoni ġusta tal-proprjetà jiġu miċħuda jew jitħallew mingħajr deċiżjoni għal perjodi twal. Dan kollu jqajjem mistoqsijiet serji dwar ksur tal-prinċipju fundamentali tal-ugwaljanza.

 

 

Din l-ineffiċjenza qed tnaqqas il-fiduċja tal-poplu fil-ġudikatura, u dan minkejja riformi bħall-introduzzjoni tad-divorzju fl-2011 kif ukoll l-isforzi  favur l-ugwaljanza bejn is-sessi.


Dan is-sit se jkun qed jesponi l-aġir ta’ Imħallef partikolari, liema aġir qed iwassal għal inġustizzji fil-proċeduri ta’ separazzjoni. Deċiżjonijiet ta’ Imħallef partikolari, li taħseb li hi l-Omnipotenti u
li qed tqanqal rabja kif ukoll tħassib serju dwar l-imparzjalità istituzzjonali.

 

L-għan ewlieni tar-riforma fil-Qorti tal-Familja tagħti l-importanza sabiex il-ġustizzja tasal fil-ħin, li titħares il-familja u li t-tfal jitpoġġew fuq quddiem nett f’kull deċiżjoni. Iżda dan kollu ma jistax iseħħ jekk ikollok Imħallef li toħloq diskriminazzjoni bejn is-sessi. Inutli l-impenn tal-Gvern lejn sistema ta’ ġustizzja tal-familja li tkun aktar responsabbli, umana u adattata għar-realtajiet tal-lum, meta fl-istess waqt għandek Imħallef fil-Qorti tal-Familja li bid-deċiżjonijiet tagħha tinħoloq inġustizzja li tkompli tfarrak il-familji minflok tara li jinħoloq bilanċ ġust.

 

Ir-rebbieħa għandhom dejjem ikunu ż-żewġ partijiet, partikolarment it-tfal. Iżda ċertu deċiżjonijiet meħuda minn Imħallef partikolari juru li hi taħsibha mod ieħor. 

 

Aktar dettalji fl-artiklu segwenti.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *