Matul dawn l-aħħar tnax il-xahar, il-Partit Nazzjonalista konxju li l-mezzi tax-xandir tagħhom mhumiex kredibbli mal-elettorat, beda jsib forċina mill-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-Knisja.
Eżempju klassiku kien meta sena ilu, Newsbook kienu minn tal-ewwel li jikkwotaw Il-‘Liberties Rule of Law Report 2025′, rapport ta’ 600 paġna li jevalwa l-istat tas-Saltna tad-Dritt madwar l-Unjoni Ewropea.
Rapport fażull li kien mħejji mill-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia. Sintendi, ta’ Newsbook kienu minn tal-ewwel li jikkwotawh. Min jaf kemm għorku jdejhom meta wasal għandhom.

Charles Ġuda
Dan ix-xahar rajna lill-ġurnal ta’ Charles Ġuda fuq quddiem jimmanuvra l-logħba tal-Partit Nazzjonalista relatata mal-għażla ta’ Prim Imħallef ġdid.
Il-Partit Nazzjonalista immanuvraw u użaw il-ġurnal ta’ Charles Ġuda sabiex iħabbru liema kienu l-erba’ ismijiet li kienu aċċettabbli għall-PN biex iservu f’din il-kariga.

Dan ma kienx biżżejjed, u matul il-jum tal-Ġimgħa reġgħu użaw il-ġurnal tal-Knisja biex jiskreditaw Imħallef nominat tal-Gvern u jfaħħru Imħallef li jinsab investigat mill-Kummissarju għall-Istandards tal-Ġudikatura.
Infakkru li dan sar fuq talba tal-Prim Imhallef Mark Chetcuti, li għalkemm għalaqlu ż-żmien, baqa’ jservi fil-kariga sakemm jiġi maħtur Prim Imħallef ġdid.
Propju llum, Newsbook intuża mill-Partit Nazzjonalista sabiex jiskreditaw lill-Imħallef Miriam Hayman – nominata mill-Gvern għall-kariga ta’ Prim Imħallef.
Dan huwa l-Partit Nazzjonalista. Meta ma jasalx waħdu, juża l-alleati storiċi tiegħu sabiex jasal fejn għandu jasal. U dan huwa biss il-bidu, issa li pajjiżna riesaq lejn Elezzjoni Ġenerali u li kollox jindika li l-Partit Laburista riesaq lejn rebħa elettorali oħra.


1 Comment
Newbook hu wehied mis-swaba tal qarnita sahta ta Malta.