L-Amerikani bdew gwerra perikoluża sabiex ipaxxu lil Ahriman. Is-sitwazzjoni qed tieħu xejriet differenti kważi ma kull siegħa li tgħaddi.
Għax din mhix gwerra. DIN HIJA L-GWERRA‼️
Wara ħamest ijiem ta’ gwerra totali, Jiġri x’jiġri fl-Iran, it-telfa tal-Punent u ċ-ċivilizzazzjoni tiegħu hija inevitabbli. Trump ma jistax iwaqqaf din it-telfa; anzi qed jaċċelleraha ma kull jum li jgħaddi.
Iċ-Ċiniżi u r-Russi?
Qed jarmaw lill-Mullahs, u l-Amerikani issa bdew jirrealizzaw li Aircraft Carrier wieħed mhux biżżejjed. Lanqas tnejn.
Ir-reġim f’Tehran mhux se jċedi. Għax ma jistax iċedi dment li qed jiġġieled għall-eżistenza tiegħu.

Minn naħa l-oħra, Trump ma jistax joqgħod lura milli jkompli jattakka għax imbagħad jitlef wiċċu waħda w sew. Għax din gwerra li beda hu stess wara li kiser wegħda elettorali.
Issa sirna nafu li kien wiegħed l-għajnuna tiegħu lil diversi fazzjonijiet tal-Oppożizzjoni, fosthom il- Kurdi. Fl-aħħar tnax il-xahar, l-Amerikani bagħtu armamenti fil-Punent tal-Iran bil-moħbi biex jaraw eluf ta’ Kurdi. Hu mifhum li fil-jiem li ġejjin dawn se jibdew iwettqu operazzjonijiet u talbu lill-Amerikani u lil Iżrael biex jagħtuhom appoġġ mill-ajru.
Tafu kemm il-darba pruvaw dan? Fallew dejjem. Il-Kurdi ma jitgħallmu qatt.
L-Amerikani?
Ma tgħallmux mill-umiljazzjoni li ġarrbu fl-Afganistan, meta ħallsu lit-Taliban biex jiġġieldu kontra l-gvern Afgan appoġġjat mir-Russi. It-Taliban spiċċaw fil-kmand tal-pajjiż u tant werwru lil Amerikani li spiċċaw ħarbu mill-Afghanistan u ħallew l- armamenti kollha warajhom.
Hekk se jiġrilhom fl-Iran. 20 sena minn issa, is-suldati Amerikani se jmutu jippruvaw jikkontrollaw lil dawn it-terroristi ffinanzjati minn pajjiżhom stess.
Il-Kurdi?
Ġew ittraduti mill-Istati Uniti qabel u hekk se jerġa jiġrilhom.
L-Iran tal-2026 mhux l-Iraq tal-2003.

