Tehran mhux qed ifittex waqfien mill-ġlied. Konxji li wettqu żball kbir meta f’Ġunju tas-sena l-oħra aċċettaw waqfien mill-ġlied. Dan għaliex peress li dakinhar aċċettaw waqfien mill-ġlied, kienu taw żmien biżżejjed lill-Istati Uniti u lil Iżrael isaħħu l-provvisti tagħhom u jimmobilizzaw ruħhom biex jerġgħu jibdew il-gwerra. Jekk jaqblu dwar waqfien mill-ġlied issa, jerġgħu jiġu attakkati f’temp ta’ ftit xhur.
Għal Tehran, waqfien mill-ġlied ikun aċċettabbli biss meta l-ispiża għall-Istati Uniti tkun saret ħafna ogħla milli hi bħalissa. Inkella, l-Istati Uniti terġa’ tibda l-gwerra fi ftit taż-żmien ieħor.
L-Iran biddel l-istrateġija tiegħu. Qed jattakka lil Iżrael b’mod differenti ħafna mill-gwerra ta’ Ġunju. Il- maggior parti tal-attakki jitwettqu matul il-jum u mhux bħal ma kien sar f’Ġunju tas-sena l-oħra meta kienu jisparaw valanga ta’ missili matul il-lejl. Id-danni fuq Iżrael se jkunu inqas, iżda Tehran huwa konxju li t-tolleranza għall-“uġigħ” minn Iżrael hija pjuttost kbira, sakemm l-Istati Uniti tibqa’ parteċipi fil-gwerra.
Għalhekk l-attenzjoni tal-Iran inbidlet fuq l-Istati Uniti. Mill-bidu nett, l-Iran beda jattakka bażijiet tal-Istati Uniti fir-reġjun, inkluż kontra Stati ħbieb. Il-kalkoli minn Tehran saru sew. Jafu li l-gwerra tista’ tintemm biss b’mod permanenti JEKK l-ispiża għall-Istati Uniti tiżdied b’mod katastrofiku, inklużi vittmi Amerikani. Wara l-assassinju tal-Ayatollah Khamenei, l-Iran m’għandux iżjed ‘Red light” u se jagħmel minn kollox biex ifittex il-qerda ta’ dawn il-bażijiet li jwassal għal numru kbir ta’ vittmi Amerikani.

L-Iron Dome, l-Arrow-3 u t-THAAD Iżraeljani qed jisparaw bl-addoċċ lejn missili Iranjani. Għexieren minnhom lanqas biss jistgħu jindirizzaw missila Iranjana waħda. Il-militar Iżraeljan iddgħajjef hekk kif ir-radars Amerikani tas-CENTCOM fl-istati Għarab inqerdu kompletament fl-ewwel jum tal- gwerra. Sa dakinhar kien hemm ħafna saffi kontra missili Iranjani qabel ma jilħqu l-Iżrael, madankollu bil-qerda tar-radars Amerikani li kienu kruċjali għal intraċċar tal-missili ballistiċi għamilha impossibbli għad-difiżi tal-ajru Iżraeljani biex joperaw b’mod effiċjenti.

