Dr. Chris Cardona : “Malta pont Mediterranju u vuċi għall-paċi.”

Neville Gafa

~ 3 hours ago

Dr. Chris Cardona : “Malta pont Mediterranju u vuċi għall-paċi.”

In-newtralita’ ta’ Malta m’hijiex xi slogan antikwat – hija għażla strateġika li tħares is-sovranita’ tagħna u tħalli lil pajjiżna jaġixxi bħala pont ta’ djalogu f’dinja dejjem aktar perikoluża.

Fi żmien ta’ gwerra fl-Ukrajna, tensjonijiet jeskalaw fl-Iran u kunflitt kontinwu mal-medda tal-Lvant Nofsani, l-istati ż-żgħar għandhom jirreżistu l-pressjoni li jallinejaw militarment mal-blokki ta’ kontra xulxin. Is-saħħa ta’ Malta minn dejjem kienet li tkun kapaċi tiddjaloga ma’ kull naħa.

In-newtralita’ tagħna, minquxa fil-Kostituzzjoni fl-1987, tirrifletti dan ir-rwol. Hija torbot lil Malta man-non allinjament u li tevita li tieħu sehem f’alleanzi militari.
Ta’ min jiftakar li fil-passat, il-Partit Nazzjonalista kien favur li Malta tkun parti mill-Unjoni Ewropea tal-Punent u ħadem favur integrazzjoni aktar magħquda ta’ difiża fl-Ewropa – pożizzjonijiet li qajmu tħassib leġittimu dwar ir-riskju li tiġi militarizzata l-politika barranija ta’ Malta.

Illum aktar minn qatt qabel, Malta għandha tibqa’ leali mas-sejħa kostituzzjonali tagħha : dik ta’ stat newtrali, bħala pont Mediterranju u vuċi għall-paċi.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *