L-Iran Adotta Tattika Militari Brillanti

Neville Gafa

~ 4 minutes ago

L-Iran Adotta Tattika Militari Brillanti

Din mhix gwerra. DIN Hija l-GWERRA.

 

Ħadd daqs l-Iran ma irnexxielu jagħmel danni daqshekk kbar lill-militar Amerikan. Sa mill-gwerra ċivili ‘l hawn, ta’ din il-ġimgħa kienu l- akbar danni militari fl-Istorja tal-Istati Uniti.

 

Il-fatt li l-Iran mhux qed iċedi pulzier u lanqas qed jaqbel ma’ waqfien mill-ġlied, qed ibiddel il-bilanċ tal-poter fir-reġjun. Wara l-ewwel attakk, l-Iran irnexxielu jerġa’ jorganizza ruħu malajr u propju l-bieraħ għażel Rahbar (Mexxej Suprem) ġdid: Mojtaba Khamenei, iben l-Ayatollah Khamenei.

 

 

Minkejja attakki fuq l-infrastruttura tal-enerġija, l-Iran mhux biss qed jirreżisti iżda qed jattakka lil għadu b’mod attiv.

 

Saru sensiela ta’ attakki b’missili u drones kontra bażijiet Amerikani madwar ir-reġjun. Skont statistika newtrali, aktar minn 1,000 membru tas-servizz Amerikan huma maħsuba li nqatlu. L-Iran qed jirrapporta numri ferm ogħla, filwaqt li Donald Trump qed jitkellem dwar numru żgħir ħafna. Meta wieħed iqis il-kobor tal-attakki mill- Iran, in-numri li qed isemmi Trump huwa redikoli u ma jistgħu qatt jagħmlu sens.

 

L-Iran tal-2026 mhux l-Iraq tal-2003.

 

L-Iran adotta tattika militari brillanti u effettiva: qed jattakka mhux biss miri militari f’Iżrael, li gradwalment qed tinbidel fi gwerra kontinwa bħal dik ta’ Gaza, iżda fuq kollox qed jattakka infrastruttura u ċentri tal-enerġija tal-Istati tal-Golf Għarbi li minnhom tiddependi parti kbira mill-ekonomija globali. Flimkien mal-għeluq tal-Istrett ta’ Hormuz, dawn l-iżviluppi diġà qed jikkawżaw telf enormi fis-swieq globali tal-enerġija. U ma’ kull jum li jgħaddi ta’ reżistenza Iranjana, is-sitwazzjoni qed tkompli tiggrava.

 

 

Huwa sinifikanti l-fatt li diversi pajjiżi tal-Golf li kellhom pjanijiet ambizzjużi biex jittrasformaw lilhom infushom f’ċentri newtrali u siguri tal-ekonomija dinjija, illum qed jaraw dawn il-pjanijiet jgħosfru. F’din il-kriżi, l-istess pajjiżi tal-Golf qed jagħtu inqas tort lill-Iran u aktar tort lill-Iżrael u lill-Istati Uniti. Il-pajjiżi Għarab qatt ma kienu entużjasti dwar Iżrael, iżda minn ġimgħa ilu, f’għajnejhom Donald Trump qed jidher bħala traditur.

 

Jekk il-bażijiet militari Amerikani ma jipproteġuhomx iżda minflok iġibu magħhom periklu u eskalazzjoni, allura tqum mistoqsija sempliċi iżda fundamentali:

 

Dawn il-bażijiet għadhom meħtieġa f’pajjiżhom?

 

Din hija mistoqsija li diversi mexxejja Għarab qed jibdew jistaqsu minn ġimgħa ilu.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *