Li tagħmel il-ħasra lil għajrek tkun qed tagħmel ħsara lilek innifsek. Li tagħmel inġustizzja ma xi ħadd tkun qed tagħmel inġustizzja miegħek stess. Hija azzjoni degradanti mhux biss fuq il-vittma tiegħek, iżda fuqek innifsek.
Hekk għamlu tal-Partit Nazzjonalista u individwi faxxisti oħra fil-konfront tal-Ewroparlamentari Laburista Daniel Attard.
Kien ikkonfermat li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Belġjan ammetta li akkuża lill-Ewroparlamentari Laburista meta ħawdu ma’ dak Malti ieħor bl-istess isem fi ħlasijiet miċ-Ċina bħala parti minn investigazzjoni li tinvolvi lill-kumpanija Huawei.

Qatt ma kelli dubju fl-integrità ta’ Daniel Attard. Kont wieħed milli iddefendejtu. Fhimt il-weġgħa tiegħu għax ilni 10 snin naqla’ mingħand dawn il-Fariżej. Klikka ta’ nies li jemmnu fil-kattiverja u l-vendikazzjonijiet.
Tajjeb li tkunu tafu li wara dan l-attakk bla skruplu fuq Daniel Attard hemm id moħbija.
Nafu min int. U aħna mhux se ninsew dak li għamilt.

Daniel Attard