L-Iran qed jirbaħ. Qed jirbaħ għax mhux qed jitlef. Għax baqa’ sod.
L-Iran qed jikseb vantaġġ strateġiku f’dan il-kunflitt. Dan ma jfissirx li rebaħ din il-gwerra, iżda għax irnexxielu jżomm sod quddiem pressjoni militari kbira u juri li s-sistemi ta’ difiża Iżraeljani, inkluż l-Iron Dome, jistgħu jiġu sfidati u megħluba.

Missili Iranjani laqtu diversi miri f’Iżrael, fosthom infrastruttura u żoni militarment sensittivi. Fost każijiet irrapportati fil-midja hija ħsara fid-dar tal-politiku Iżraeljan Itamar Ben-Gvir, Ministru fil-Gvern ta’ Benjamin “Ahriman” Netanyahu. L-informazzjoni dwar il-kundizzjoni tiegħu tibqa’ mhux magħrufa. Sorsi Iranjani jsostnu li nqatel.
Fl-istess ħin, l-Iran wettaq attakki fuq diversi installazzjonijiet militari Amerikani fir-reġjun, inklużi bażijiet u ċentri ta’ teknoloġija militari avvanzata. Kien hemm attakki ta’ suċċess, oħrajn ġew interċettati. In-numru eżatt ta’ vittmi jibqa’ mhux ċar. Uffiċjali Amerikani jsemmu numri baxxi, filwaqt li sorsi Iranjani jiddikjaraw numri ferm ogħla. Xi analisti indipendenti jqisu li l-vittmi Amerikani jilħqu l-2,000 suldat.
Minkejja l-attakki inizjali mmirati lejn it-tmexxija tiegħu, l-Iran ma waqax. Il-pajjiż ħatar Mexxej ġdid u żamm l-Istruttura Istituzzjonali tiegħu. Dan ġie interpretat minn ħafna bħala sinjal li l-istrateġija ta’ “decapitation strike” ma rnexxietx tkisser l-Istat Iranjan.
Fuq livell strateġiku, Tehran ipprova jespandi l-kunflitt lil hinn mill-fruntiera: qered miri f’Iżrael, attakka installazzjonijiet militari Amerikani u wettaq pressjoni indiretta fuq l-ekonomija globali tal-enerġija, partikolarment permezz tal-għeluq fl-Istrett ta’ Hormuz, passaġġ vitali għall-kummerċ globali taż-żejt.

Abraham Lincoln
Meta mqabbel ma’ konfronti preċedenti, din id-darba l-Iran jidher li qed jaġixxi b’aktar determinazzjoni u kunfidenza strateġika. Il-pożizzjoni uffiċjali tiegħu hija ċara li mhux lest jidħol f’negozjati taħt pressjoni militari.
F’dan il-kuntest, għall-inqas fil-fażi attwali tal-kunflitt, l-Iran qed jirnexxilu jżomm il-pożizzjoni tiegħu u juri kapaċità militari kbira. Jekk dan jikkostitwixxix rebħa strateġika jew biss stadju temporanju tal-gwerra, jiddependi fuq l-iżviluppi li ġejjin.
L-Iran qed jirbaħ. Qed jirbaħ għax mhux qed jitlef. Għax baqa’ sod.

