The Fourth Political Theory: Bejn il-Kollass tal-Qadim u t-Twelid tal-Ġdid

Neville Gafa

~ 5 minutes ago

The Fourth Political Theory: Bejn il-Kollass tal-Qadim u t-Twelid tal-Ġdid

Bħala persuna li kontinwament nisfida l-istatus quo, f’dawn l-aħħar erba’ snin sibt ruħi miġbud lejn kunċett li jġorr fih ċertu piż filosofiku u anke profetiku: The Fourth Political Theory, (4PT).

 

Fil-fehma tiegħi, din mhix sempliċement teorija oħra fost ħafna, iżda tentattiv serju biex jinfetaħ orizzont ġdid f’dinja li tilfet il-kors tagħha taħt il-piż ta’ ideoloġiji li ormai skadew.

 

 

Tul sekli sħaħ, konna mdorrijin ngħixu ġewwa ċiklu ta’ diskors repetittiv; l-istess kunflitti, l-istess argumenti, l-istess lingwaġġ politiku. Iżda l-Fourth Political Theory ma tfittixx li jiġi riformat il-passat; hija sejħa biex noħorġu minnu.

 

Hija stedina biex noħolqu triq ġdida, aktar awtentika, li tikkorrispondi mhux biss mal-ħtiġijiet materjali tagħna, iżda wkoll mal-fond spiritwali u kulturali tal-eżistenza umana. F’epoka mimlija kaos u tkissir, din it-teorija  tiddistingwi ruħha bħala tentattiv li jerġa’ jingħata sens lill-ħajja politika u forsi wkoll lill-ħajja nnifisha.

 

 

F’din is-sensiela ta’ artikli se nkun qed nispjega fid-dettal xi tfisser u għaliex għandna nemmnu serjament f’The Fourth Political Theory.

 

Fl-artiklu li jmiss nitkellmu dwar “L-Eżawriment tal-Ideoloġiji Moderni”

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *