Il-Partit Laburista Jeħtieġ ‘New Thinking’ (1)

Neville Gafa

~ 1 hour ago

Il-Partit Laburista Jeħtieġ ‘New Thinking’ (1)

Wara tlettax-il sena fil-Gvern, il-Partit Laburista jinsab mhux f’mument ta’ eżawriment, iżda f’mument storiku ta’ għażla. Mument fejn il-kontinwità trid tittrasforma ruħha f’kuxjenza ġdida. Malta nbidlet, mhux biss fl-infrastruttura u l-ekonomija tagħha, iżda fil-kuxjenza kollettiva tal-poplu tagħha. U fejn tinbidel il-kuxjenza, il-politika ma tistax tibqa’ statika.

 

Il-Partit Laburista jeħtieġ ‘New Thinking’.

 

L-isfidi li resqin lejna bħala Nazzjon, dawk soċjali, teknoloġiċi, ekonomiċi u morali mhumiex sempliċement problemi li jridu jiġu solvuti; huma eżami tal-kapaċità tagħna li NAĦSBU mill-ġdid il-qafas kollu tal-governanza. Il-loġika tal-bieraħ, anke jekk kienet ta’ suċċess, issa qed issir limitata.

 

“New Thinking” mhux slogan. Huwa att ta’ tiġdid. Huwa sejħa biex il-Moviment Laburista jerġa’ jifhem lilu nnifsu mhux biss bħala Amministratur tal-Istat, iżda bħala FORZA li tifforma r-realtà soċjali. Minn Partit li jmexxi, għal Moviment li jqanqal; minn Struttura li tirreaġixxi, għal intelliġenza kollettiva li tantiċipa.

 

Il-Partit Laburista jeħtieġ ‘New Thinking’.

 

Din il-viżjoni titlob trasformazzjoni mhux biss fil-politiċi, iżda fil-kultura tal-poter innifsu. Minn poter li jikkontrolla għal poter inklussiv, minn Awtorità li tiddeċiedi għal Awtorità li tisma’ u tifhem.

 

Aktar fl-artiklu segwenti.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *