Il-Partit Laburista jistieden lil John Bundy u jispiċċa jgħajjarna “tal- biċċa”

Neville Gafa

~ 3 hours ago

Il-Partit Laburista jistieden lil John Bundy u jispiċċa jgħajjarna “tal- biċċa”

Il-Partit Laburista nieda podcast bl-isem ta’ “Isma’ Dean”. Podcast imtella’ direttament minn ġewwa ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun.

 

Nimmaġina li għal dan il-Podcast se jintefqu flejjes kbar, iżda wieħed jifhem li qegħdin f’Kampanja Elettorali u għaldaqstant jeħtieġ inwasslu il-messaġġ b’kull mezz possibbli.

 

Mistieden ta’ dan il-Podcast kien is-Sur John Bundy.

 

Jidher li wara dan il-Podcast, fuq kumment fuq il- mezzi soċjali, John Bundy ikkritika lil ONE News u akkużah li “spinja kliemu u mmanipula filmat minn podcast riċenti tal-Partit Laburista biex joħloq reazzjoni negattiva fil-pubbliku. Sejjaħ dan l-istil ta’ rapportar bħala ġurnaliżmu “tal-biċċa”.”

 

 

 

Jien ma rajtux u lanqas għandi interess narah. U se ngħid għaliex.

 

Għaliex b’kull dovut rispett lejn is-Sur John Bundy, nemmen li fi ħdan il-Partit Laburista għandna nies kapaċi jitkellmu u jiddiskutu dwar kwalunkwe suġġett.

 

Min hu responsabbli li jagħżel il-mistiedna għal dan il-Podcast għandu jifhem li qegħdin f’Kampanja Elettorali. F’Kampanja Elettorali nistiednu personaġġi li huma minn ta’ quddiem li jwasslu l-messaġġ tal- Partit Laburista. 

 

 

Il-Laburist jiġi jitnejjek minn x’ kien jiġri fuq il-Radio 101. Waqt kampanja elettorali, il-Laburisti jridu jisimgħu l-proposti li qed iressaq il-Partit għal Leġislatura li ġejja.

 

Nerġa ntenni; Il-Partit Laburista jeħtieġ ‘New Thinking’. Għandna bżonn ninvolvu aktar nies ġodda. Persważ li huma kapaċi daqs kulħadd.

 

 

Il-Partit Laburista għandu bżonn ‘New Thinking’ fejn tidħol il-Komunikazzjoni tal-Partit. Dan mhux qed jgħidu Neville Gafà. Jgħiduh id-Delegati, Uffiċjali tal-Partit, Membri Parlamentari u anke Membri tal-Kabinett. Iżda ħadd ma għandu l-ħila jikkritika fl-apert u b’mod dirett bħal ma nagħmel jien. 

 

Sitwazzjoni oħra antipatika li ilha għaddejja tul dawn l-aħħar sentejn, fejn bosta Membri Parlamentari li tkellmu miegħi urew l-għadab tagħhom għall-mod kif qed jiġu aġevolati wħud fejn jidħlu programmi politiċi. Wieħed jista’ jinnota kif għandek esponenti li jidhru kull ġimgħa, f’ħinijiet ‘prime time’. Il bqija jagħtuhom spazju l-hemm u l-hawn u f’ċerti okkażjonijiet f’ħinijiet li kważi ma jkun qed isegwi ħadd.

 

Żgur li deċiżjonijiet bħal dawn mhux jagħmlu ġid lill-Partit. Inħolqot klima tqila u tensjoni bla bżonn.

 

Il-Partit Laburista sejjer għal Kampanja Elettorali b’ Dipartiment tal-Komunikazzjoni b’mentalita’ li ma tirriflettix ir-realtajiet tal-2026.

 

Il-Partit Laburista jeħtieġ ‘New Thinking’. Quddiemna għandna wahda mill-akbar sfidi elettorali li qatt kellu l-Partit. Ħaġa waħda hija ċerta; din l-Elezzjoni Ġenerali, bħal kull elezzjoni ġenerali ta’ qabel, il-Labour se jibda’ bħala underdog.

 

Il-Partit Laburista jeħtieġ ‘New Thinking’.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *