Herman Grech huwa l- Editor-in-chief ta’ The Times of Malta.
Herman Grech, li l-eroj tiegħu hija Daphne Caruana Galizia, tgħidx kemm tkaża b’ dak li qal Donald Trump meta sar jaf bil-mewt tal-korrott Robert Mueller.

Sur Herman tal-politika onesta,
Fejn kont meta miet il-Kbir Duminku Mintoff, u s-saħħara tal-Bidnija kitbet li kienet se tiftaħ ix-xampanja?

Ma kontx tkażajt dakinhar Sur Herman?
Bħala ċittadin Malti, il- Perit Mintoff mhux ħafna aktar importanti mill-korrott Robert Mueller?
Tista’ tagħmel eżami tal-kuxjenza u tqabbel kemm tak Mintoff bħala ċittadin Malti u x’għamel għalik il-korrott Robert Mueller?

Kif qatt tista’ tkun kredibbli mal-poplu Malti meta qalbek taħarqek għal korrott Amerikan u ma tħossx xejn meta ġġant fil-politika Maltija jiġi umiljat propju fil-jum ta’ mewtu?
Ipokrezija grassa.

