Il-Ministru tal-Finanzi Jesponi Li Taħt il-PN Il-Plajja Kienet Xotta

Neville Gafa

~ 18 hours ago

Il-Ministru tal-Finanzi Jesponi Li Taħt il-PN Il-Plajja Kienet Xotta

Meta kien qed iwieġeb għal Mistoqsija Parlamentari tal- Onor. Naomi Cachia, il-Ministru għall-Finanzi Clyde kkonferma li qabel l-2013, f’pajjiżna l-pagi kienu baxxi ħafna.  

 

Meta wieħed iqis dawk li għamlu sena sħiħa jaħdmu full-time fl-2024, kienu biss 7,205 Malti li qalgħu paga gross ta’ €12,000 jew anqas. B’kuntrast fl-2012 l-ammont ta’ ħaddiema Maltin full-time fuq dan l-ammont ta’ paga gross kien ilaħħaq 22,073, jew tliet darbiet aktar.

 

ĦADDIEMA FULL-TIME B’PAGA GROSS TA’ €12,000 

FL-2024 – 7,205  

FL-2012 – 22,073   

 

 

Fil-fatt fl-2012 kienu wieħed minn kull ħames ħaddiema  Maltin full-time li kien jaqla’ inqas minn elf ewro. Illum huma wieħed minn kull għoxrin ħaddiem Malti li jaqla’ dan l-ammont ta’ paga gross. Ta’ min ifakkar ukoll li llum kull ħaddiem li jaqla’ sa elf ewro fix-xahar ma jeħilx ċenteżmu taxxa, mentri fl-2012, taħt Gvern Nazzjonalista ħaddiem b’rata singola li jaqla’ €12,000 kien jeħel €525 f’taxxa, mentri ħaddiem ġenitur kien jeħel sa €405 taxxa.  

 

Taħt Gvern Nazzjonalista kienu biss 1,749 ħaddiem Malti li jaqilgħu aktar minn €60,000 f’paga gross, jew wieħed minn kull mitt ħaddiem. Fl-2024 kienu 14,449 ħaddiem Malti li ddikjaraw dan il-livell ta’ paga, jew aktar minn tmin darbiet aktar l-ammont li kien hemm fl-2012. 

 

 

ĦADDIEMA FULL-TIME B’PAGA GROSS TA’ €60,000 

FL-2024 – 14,449 

FL-2012 – 1,749 

 

 

Fejn taħt Gvern Nazzjonalista l-paga gross medja ta’ ħaddiema full-time Maltin kienet bejn €17,000 u €18,000, fl-2024 din telgħet għal bejn €31,000 u €32,000. Dan ifisser li l-paga gross medja kważi rdoppjat fi tnax-il sena.   

 

Jidher ukoll li wara l-2012 naqsu b’42,431 it-total ta’ ħaddiema li jaqilgħu inqas minn €24,000 paga gross fis-sena u żdiedu bl-istess ammont dawk li jaqilgħu bejn €24,000 u €50,000.  

 

Imbagħad kien hemm żieda ta’ kważi 23,000 ħaddiem Malti li jaqilgħu aktar minn €50,000 paga gross.  

 

Fl-2012 ġenitur li kien jaqla €50,000 kien jeħel €12,405 f’taxxa. Illum ġenitur ta’ żewġt itfal li jaqla l-istess paga jeħel €5,925 taxxa, u sa sentejn oħra dan jonqos għal €3,800.  

 

 

ĦADDIEM ĠENITUR B’PAGA GROSS TA’ €50,000 

FL-2012 – €12,405 TAXXA MAQTUGĦA 

FL-2024 – €5,925 TAXXA MAQTUGĦA 

FL-2028 – €3,800 TAXXA MAQTUGĦA 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *