Attakk minn 4,000 km: Sinjal Militari jew Messaġġ Strateġiku?

Neville Gafa

~ 1 hour ago

Attakk minn 4,000 km: Sinjal Militari jew Messaġġ Strateġiku?

Minn Kontributur 

 

 

L-Iran attakka bażi militari fl-Oċean Indjan minn distanza li taqbeż l-4,000 kilometru. Żvilupp li għandu implikazzjonijiet strateġiċi serji.

 

Skont rapport ta’ The Wall Street Journal, il-mira kienet il-bażi Amerikana fuq il-Gżira ta’ Diego Garcia. Ġew użati żewġ missili: waħda minnhom  falliet il-mira, filwaqt li t-tieni ġiet interċettata minn destroyer Amerikan qabel laħqet id-destinazzjoni tagħha.

 

 

Il-fatt li l-Iran għandu missili li jlaħħqu distanza ta’ aktar minn 4,000 kilometru toħloq dimensjoni ġdida fil-perċezzjoni tas-sigurtà globali. Dan mhux biss att tekniku, iżda messaġġ strateġiku: li ċerti spazji li darba kienu meqjusa ‘l bogħod u siguri issa jinsabu fil-firxa.

 

Għall-Ewropa, dan huwa żvilupp inkwetanti ferm. Jindika b’mod ċar li l-ġeografija tradizzjonali tas-sigurtà qed tinbidel, u li territorji li kienu barra mill-kalkolu dirett issa jistgħu jsiru parti minn xenarju ta’ deterrenza jew anke konfront.

 

Fi kliem ieħor, il-messaġġ mhuwiex biss militari. Huwa psikoloġiku u politiku. U forsi, proprju għalhekk, huwa aktar qawwi mill-att innifsu.

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *