Fuq il-pjattaforma falluta tiegħu, Mark Camilleri reġa’ ħareġ b’attakk isteriku kontra l-Partit Laburista.
Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu 2026, ippubblika artiklu bit-titlu: “The Labour government is building a dictatorship: it needs to be stopped.”
“Il-gvern Laburista qed jibni dittatorjat: jeħtieġ li jitwaqqaf.”

Sejjaħ lill-Partit Laburista bħala “Partit tal-Mewt” sempliċement għax Malta qed tiffaċċja rata baxxa tat-twelid. Dan kollu minn persuna li d-dar tal-pubblikazzjoni tiegħu kienet sostnuta finanzjarjament mill-istess partit fil-Gvern li llum qed jattakka.
Ejja nfakkru l-fatti.
F’Mejju 2025, ftit aktar minn sena ilu, Mark Camilleri ngħata kuntratt ta’ €25,000 permezz ta’ direct order mill-Kunsill Malti għall-Arti. Mingħajr sejħa pubblika. Somma sostanzjali ta’ flus mill-fondi pubbliċi spiċċaw għand individwu li għal snin sħaħ irremetta kemm felaħ velenu kontra uffiċjali u esponenti tal-Labour.
Issa, hekk kif dak il-kuntratt misħut wasal biex jiskadi, dan it-terrorist psikoloġiku qed jerġa’ jibda jhedded billi jattakka l-Gvern, u qed juża kliem bħal “dittatorjat,” “Partit tal-Mewt,” u appelli biex il-Gvern jitwaqqaf.
X’koenċidenza hux!

Mark Camilleri
Sur Mark Camilleri,
Dan l-attakk fuq il-Gvern huwa marbut mat-tmiem tal-kuntratt?
Mhux qed tippretendi li dan il-kuntratt jiġi imġedded hux?
Ma nemminx li għandek bżonn iġedded il-kuntratt, ġaladarba qed tiddeskrivi l-istess Gvern bħala dittatorjat. Madankollu, serraħ rasek Mark Camilleri. Aħna l-Laburisti mhux se nippermettu li tieħu ċenteżmu ieħor minn flus il-poplu.

