Eks Sindku Nazzjonalista jikkonferma li Clint Camilleri huwa d-difensur tad-delizzji

Neville Gafa

~ 4 hours ago

Eks Sindku Nazzjonalista jikkonferma li Clint Camilleri huwa d-difensur tad-delizzji

It-Tlieta filgħodu, il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar immexxi mill-Ministru Clint Camilleri ħabbar li l-istaġun tal-kaċċa għas-summien se jiftaħ nhar it-Tnejn 13 t’April u jibqa’ miftuħ sal-Ħadd 3 ta’ Mejju, 2026, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar matul il-ġranet kollha tal-istaġun tas-summiena.

 

 

 

Il-Ministeru ħabbar ukoll li l-istaġun tal-kaċċa għall-gamiem se jkun qed jiftaħ nhar it-Tnejn 20 t’April u jibqa’ miftuħ sal-Ħadd 3 ta’ Mejju, 2026, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar matul il-ġranet kollha tal-istaġun tal-gamiema.

 

Clint Camilleri


Kienu bosta dilettanti li kkummentaw pożittiv dwar dak mħabbar mill-Ministru Clint Camilleri. Iżda jispikka kumment partikolari mis-Sur Francis Cauchi, eks Sindku Nazzjonalista tar-raħal ta’ Ghajnsielem. Is-Sur Cauchi saħaq li “kulħadd favur Clint, u l-PN ma jitkellem xejn fuq dan.” Kompla jgħid li “
Tal misthija meta fuq kollox ghandna President tal-Parlament Ewropew”, b’referenza għal Roberta Metsola, ir-Reġina tal-Gwerer.

 

 

 

Il-kumment tas-Sur Cauchi, li jiġi z-ziju tas-Sindku attwali ta’ Għajnsielem, juri biċ-ċar kemm tal-Partit Nazzjonalista huma maqtugħin minn nies. Saħansitra anke veterani tal-PN bħal ma hu Francis Cauchi jinsabu konxji bin-nuqqas ta’ ħeġġa fil-Partit tagħhom.

 

Eddie Fenech Adami

 

Ta’ min jibqa’ jfakkar lill-kaċċaturi u n-nassaba illi snin ilu wgħieduhom li xejn mhu se jaffetwa d-delizzju tagħhom. Il-Partit Nazzjonalista ukoll kien tahom kelma tant li saħansitra kien hemm l-eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami jibgħatilhom ittri d-dar jgħidilhom li nnegozja garanziji meta fil-verità ma ġab garanziji ta’ xejn. U l-konsegwenzi kulħadd jafhom speċjalment sa meta reġa’ tela’ l-Partit Laburista fil-Gvern.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *