Ir-“Right to be forgotten” issa liġi wara l-ħidma tal-Onor. Amanda Spiteri Grech

Neville Gafa

~ 4 hours ago

Ir-“Right to be forgotten” issa liġi wara l-ħidma tal-Onor. Amanda Spiteri Grech

Tgħaddi mill-istadji kollha Parlamentari u b’hekk issa saretliġi ir-Right to be forgotten, id-dritt li tintesa għal persuni li fil-passat kellhom kanċer. Liġi li tresqet quddiem il-ParlamentMalti permezz ta’ Private Member’s Bill tad-Deputat laburistal-avukat Amanda Spiteri Grech.

 

Deskritta bħala kisba kuraġġuża u kbira, hija liġi li fuq kolloxtħares il-ġustizzja soċjali. Dawn huma liġijiet li jixhdu t-twemmin laburista li jkunu hemm ghal min ikollu bżonn jew b’ xi mod ikun żvantaġġjat.

 

Il-prinċipji ewlenin ta’ din il-liġi huma dawn:

 

– Persuni li kellhom kanċer u jgħaddi ż-żmien ta’ 5 jew 10 snin m’għandhomx bżonn jgħidu li kellhom kanċer la lilassikurazzjonijiet u lanqas jekk ħa jibdlu l-impjieg.

 

– Dawk li kellhom kanċer qabel il-25 sena għandhom 5 sninpreskrizzjoni

 

 

– Dawk li kellhom kanċer wara l-25 sena għandhom 10 sninpreskrizzjoni

 

– Fil-liġi hemm skeda li jekk  hemm bżonn ta’ inqas żmien preskrittiv, il-Ministru tas-saħħa għandu l-fakulta’  li inaqqas dan iż-żmien.

 

– Kull min diġa qed iħallas premium akbar diġa, fl-għeluq iż-żmien preskrittiv jista’ jitlob reviżjoni biex ma jkomplix iħallas iżjed.

 

 

Din hija liġi li neħħiet il-kundanna ta’ marka għal għomrok. Din il-liġi mressqa mid-deputat Laburista Amanda Spiteri Grech ġabet lil pajjiżna fil-quċċata ma’ ftit pajjiżi oħra ewropej li addottaw din il-liġi. Din hija l-liġi li taħseb għal bieraħ, illum u għal għada…Dawn huma liġijiet li verament jagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies.

 

 

 

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *