Analiżi tal-Konfront Globali

Neville Gafa

~ 2 hours ago

Analiżi tal-Konfront Globali

It-tandem Netanyahu–Trump poġġa lill-Iran fil-qalba tal-prijoritajiet tiegħu. Filwaqt li Tehran jibqa’ jirreżisti b’mod attiv, ir-Russja ġiet klassifikata bħala tħassib sekondarju. B’dan il-mod, Iżrael irnexxielu jittrasforma l-kunflitt tiegħu mal-Iran bħala front ewlieni tal-politika tal-President Donald Trump.

 

 

 

 

L-Istati Uniti–Iżrael vs l-Iran

 

F’dan il- binarju, l-Istati fir-Reġjun jinsabu taħt pressjoni politiċi sabiex jagħmlu għażla kruċjali: jew jallinejaw ruħhom mal-koalizzjoni Amerikana–Iżraeljana, jew jingħaqdu mal-blokk tar-Reżistenza mmexxi mill-Iran. In-newtralità, f’dan il-kuntest, hija aktar perċezzjoni milli realtà; Stati li jippruvaw jibqgħu gallarija x’aktarx isiru vulnerabbli għal pressjoni jew azzjoni miż-żewġ naħat.

 

 

Il-blokk globalista (UE / Gran Brittanja / elementi fl-Istati Uniti) vs ir-Russja

 

Hawnhekk, il-prijorità strateġika tibqa’ l-Ukrajna. Il-maġġoranza tal-Istati Ewropej, b’eċċezzjoni bħall-Ungerija u l-Islovakkja qed jersqu aktar lejn involviment dirett, imqanqla minn kontinwità ta’ politika li għandha għeruqha fil-kurrent Demokratiku f’Washington.

 

L-objettiv prinċipali tal-Punent jidher li huwa li jifred is-sħubija Iran–Russja, aktar milli jikkonfrontahom. Il-kritika interna lejn Trump u Netanyahu mhix dwar il-prinċipju tal-kunflitt, iżda dwar il-prijoritajiet tagħha, jiġifieri, id-devjazzjoni minn fuq il-kunflitt fl-Ukrajna.

 

Mill-perspettiva tal-Iran u r-Russja, din id-distinzjoni hija irrelevanti. It-tnejn iqisu lilhom infushom li qed jaffrontaw l-istess blokk ġeopolitiku, kemm direttament kif ukoll fl-Istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea. Negozjati ta’ livell baxx jew manuvri tattiċi ma jistgħu qatt jibdlu din il-perċezzjoni.

 

Għall-blokk multipolari emerġenti, l-imperattiv strateġiku huwa ċar: jevita degradazzjoni. Dan jitlob aktar integrazzjoni, koordinazzjoni aktar mgħaġġla, u l-ftuħ ta’ punti ta’ pressjoni addizzjonali biex l-avversarju jibqa’ mifrux fuq diversi fronti.

 

 

F’dan il-kuntest, iċ-Ċina tibqa’ fattur determinanti. Id-deċiżjonijiet ta’ Beijing jistgħu jaffettwaw b’mod sostanzjali l-bilanċ ġeopolitiku globali, partikolarment jekk tiżdied il-pressjoni f’żoni oħra sensittivi.

 

Madankollu, il-blokk multipolari għadu jiffaċċja vulnerabbiltajiet:

 

L-Amerika Latina turi sinjali ta’ inċertezza strateġika

 

L-Afrika qed toffri reżiljenza iżda mhux koerenza kontinentali

 

 Id-dinja Sunni tibqa’ frammentata

 

L-Indja timxi b’kawtela minħabba bilanċi reġjonali.

 

Il-Korea ta’ Fuq tibqa’ attur imprevedibbli iżda konsistenti fil-pożizzjoni tagħha.

 

B’kollox, is-sistema internazzjonali tidher li tinsab f’fażi ta’ transizzjoni minn ordni unipolari waħda multipolari. Il-konfront attwali ma jistax jitqies bħala episodju iżolat, iżda bħala manifestazzjoni ta’ tensjoni strutturali bejn mudelli kompetituri ta’ ordni globali. Il-kwistjoni fundamentali mhix jekk il-kunflitt hux preżenti, iżda kif se jiġi istituzzjonalizzat jew eskalat fil-futur qrib.

Share this:

Picture of Neville Gafa

Neville Gafa

Leave a Comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *